Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE

Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE

Biex tgħin lill-persuni b’diżabilità jivvjaġġaw aktar faċilment bejn il-pajjiżi tal-UE, l-UE qed tiżviluppa sistema ta’ rikonoxximent reċiproku bbażat fuq Karta Ewropea tad-Diżabilità.

Bħalissa, ma hemm l-ebda rikonoxximent reċiproku dwar l-istatus ta’ diżabilità bejn Stati Membri tal-UE: Dan jagħmel l-affarijiet diffiċli għal persuni b’diżabilità li jkunu qed jivvjaġġaw f’pajjiżi oħra tal-UE. Pereżempju, il-karta tal-identità nazzjonali tagħhom tista' ma tkunx rikonoxxuta.

Il-Karta Ewropea tad-Diżabilità se tiżgura aċċess ugwali għal ċerti benefiċċji speċifiċi speċjalment fl-oqsma tal-kultura, ir-rikreazzjoni, l-isport u t-trasport. Il-Karta se tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku bejn il-pajjiżi tal-UE li jipparteċipaw fis-sistema, fuq bażi volontarja.

Tnieda proġett pilota fi Frar 2016, u se jagħti bidu għall-karta fl-ewwel grupp ta’ tmien pajjiżi tal-UE:

Dawn il-pajjiżi ġew magħżula wara sejħa għal proposti tal-2015 biex jiġu appoġġjati proġetti nazzjonali dwar rikonoxximent reċiproku tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u l-benefiċċji assoċjati magħha. Ir-riżultati tas-Sejħa huma disponibbli għall-pubbliku.

Dan il-proġett pilota ġie mħejji minn Grupp ta’ Ħidma ddedikat tal-Proġett attwalment magħmul minn 17-il Stat Membru u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dan il-grupp huwa meqjus bħala sottosezzjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Diżabilità .

Il-Karta ma tbiddilx il-kriterji jew ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà. L-Istati Membri jżommu d-diskrezzjoni tagħhom meta jiddeċiedu min huwa eliġibbli biex jirċievi l-Karta, bl-użu tad-definizzjoni nazzjonali ta’ diżabilità, u biex jiddeterminaw il-proċedura tal-ħruġ.

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna