It-twassil tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi 20 prinċipju ewlieni u drittijiet li jappoġġjaw swieq tax-xogħol ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb, strutturati madwar tliet kapitli:
- opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol
- kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti
- protezzjoni u inklużjoni soċjali
Pjan ta’ Azzjoni
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi azzjonijiet konkreti biex l-20 prinċipju tal-Pilastru isiru realtà. Dawn l-azzjonijiet se jeħtieġu sforz konġunt mill-Istati Membri u l-UE b’involviment attiv tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Il-Pjan ta’ Azzjoni jippromwovi it-3 miri fuq il-livell tal-UE fl-oqsma tal-impjiegi, il-ħiliet u l-protezzjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2030.
Il-Pjan ta’ Azzjoni jissejjes fuq konsultazzjoni pubblika wiesgħa fejn waslu aktar minn 1000 kontribuzzjoni.