Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Finanzjament

Finanzjament

Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi finanzjament għal proġetti li jkollhom x'jaqsmu mal-impjieg, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni soċjali permezz tal-programmi li ġejjin.

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

L-FSE jiffinanzja proġetti li jgħinu lin-nies itejbu l-kapaċitajiet tax-xogħol tagħhom u l-prospetti tal-impjieg. Biex japplikaw, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati għandhom jikkuntattjaw l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-FSE f'pajjiżhom. Il-Kummissjoni Ewropea tiddetta l-prijoritajiet ta' finanzjament iżda ma tkunx direttament involuta fl-għażla tal-proġetti.

Aktar dwar l-FSE
L-FSE f'pajjiżek

Il-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)

L-EGF jgħin lill-ħaddiema li tilfu xogħolhom minħabba tendenzi tal-kummerċ globali mibdula biex isibu impjieg ieħor kemm jista' jkun malajr. L-individwi jew kumpaniji affettwati mis-sensja u li jixtiequ japplikaw għall-finanzjament għandhom jikkuntattjaw l-awtorità nazzjonali tagħhom.

Aktar dwar l-EGF

Finanzjament 2021-2017              

Il-Kummissjoni pproponiet Fond Soċjali Ewropew (FSE+) aktar sempliċi u aktar integrat u Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) rivedut. Huma parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 adottat fit-2 ta’ Mejju 2018. Bħalissa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE qegħdin jiddiskutu dawn il-proposti.

Il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

Il-programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSl) huwa strument finanzjarju fuq livell Ewropew ġestit direttament mill-Kummissjoni Ewropea biex jappoġġja l-impjiegi, il-politika soċjali u l-mobilità tax-xogħol mal-UE kollha. Biex japplikaw għall-finanzjament, l-organizzazzjonijiet eleġibbli iridu jirrispondu għal sejħa għal offerti jew sejħa għal proposti.

Aktar dwar EaSI

Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

Il-FEAD jappoġġja l-azzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE biex jipprovdu għajnuna materjali lil dawk l-aktar fil-bżonn. L-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu l-organizzazzjonijiet imsieħba li jagħtu l-għajnuna, abbażi ta' programmi nazzjonali għall-2014-2020 approvati mill-Kummissjoni.

Aktar dwar il-FEAD

Finanzjament relatat

Ixxerja din il-paġna