Informazzjoni f’ħafna lingwi
L-għan tagħna huwa li nsibu bilanċ raġonevoli bejn ir-rispett lejn il-kelliema tal-bosta lingwi tal-UE u l-kunsiderazzjonijiet prattiċi bħall-ispiża tat-traduzzjoni.
Xi tipi ta’ kontenut, bħal-leġiżlazzjoni, huma dejjem disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE. Kontenut ieħor jista’ jkun disponibbli b’lingwa waħda biss jew b’kombinazzjoni ta’ lingwi li r-riċerka dwar l-utent tgħidilna li se nkunu nistgħu nilħqu l-akbar udjenza bl-aktar mod effiċjenti.
Il-kontenut kollu huwa ppubblikat tal-anqas bl-Ingliż, peress li r-riċerka wriet li bl-Ingliż nistgħu nilħqu madwar 90% tal-viżitaturi tas-siti tagħna bil-lingwa barranija preferuta tagħhom jew bil-lingwa nattiva tagħhom. Aħna nissorveljaw ukoll l-imġiba tal-utenti biex naraw meta jkunu qed jippruvaw jaraw paġni b’lingwa partikolari, sabiex inkunu nistgħu nitolbu t-traduzzjoni tal-aktar paġni “mitluba”.
Il-kontenut ġdid jiżdied u jiġi aġġornat kontinwament f’dan is-sit web. Dan ifisser li paġna web li ma tkunx disponibbli bil-lingwa li tixtieq tista’ sempliċiment tkun għadha għaddejja mill-proċess ta’ traduzzjoni. Aħna nippubblikaw it-traduzzjonijiet hekk kif isiru disponibbli.
Sib kontenut bil-lingwa tiegħek
Dan is-sit web juża l-24 lingwa uffiċjali tal-UE:
Il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż, u l-Iżvediż.
Il-lingwa li qed taqra s-sit web biha hija indikata fin-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna tas-sit web. Ikklikkja l-ikona jekk tixtieq taqleb għal lingwa oħra. Il-lingwa li biha paġna web tkun jew ma tkunx disponibbli tiġi speċifikata.
Konsultazzjonijiet pubbliċi u feedback
Biex ikun aktar faċli għan-nies li jipparteċipaw fil-proċess ta’ politika u tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tniedi b’mod regolari konsultazzjonijiet pubbliċi fil-forma ta’ kwestjonarji online. Dawn il-kwestjonarji huma dejjem disponibbli tal-anqas bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u ta’ spiss fil-biċċa l-kbira tal-lingwi tal-UE. Il-kwestjonarji tal-konsultazzjonijiet pubbliċi relatati ma’ inizjattivi ġodda elenkati fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni huma ġeneralment disponibbli bi 23 lingwa uffiċjali tal-UE.
Biex issir taf aktar dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u kif tista’ tikkontribwixxi fil-proċess ta’ tfassil tal-politika u tal-liġi tal-UE, żur it-taqsima Għid tiegħek ta’ dan is-sit web.