Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi

L-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi (EES) tmur lura għall-1997, meta l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jistabbilixxu sett ta’ għanijiet u miri komuni għall-politiki tal-impjieg. L-għan ewlieni tagħha huwa l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-UE kollha.

Issa tikkostitwixxi parti mill-Istratġeija Ewropa 2020 għat-takbbir ekonomiku u hija implimentata permezz tas-semestru Ewropew, proċess annwali  li jippromwovi koordinazzjoni ta' politika mill-qrib bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istituzzjonijiet tal-UE.

B'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-EES - appoġġata mill-ħidma tal-Kumitat tal-Impjiegi - tinvolvi dawn l-erba' passi tas-Semestru Ewropew:

  1. Il-Linji Gwida dwar l-impjiegi huma prijoritajiet u miri komuni għall-politiki tal-impjiegi proposti mill-Kummissjoni, bi qbil mal-gvernijiet nazzjonali u adottati mill-Kunsill tal-UE.
  2. Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER) huwa bbażat fuq (a) evalwazzjoni tal-qagħda tal-impjieg fl-Ewropa (b) implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Impjieg u (c) valutazzjoni tat-tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi ewlenin soċjali u tal-impjiegi. Huwa pppubblikat mill-Kummissjoni u adottat mill-Kunsill tal-UE.
  3. Il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) huma sottomessi mill-gvernijiet nazzjonali, analizzati mill-Kummissjoni għall-konformità ma' Ewropa 2020. (bażi tad-dejta – PNR qabel l-2011)
  4. Abbażi tal-valutazzjoni tal-PNR il-Kummissjoni tippubblika serje ta' rapporti dwar il-pajjiżi, li janalizzaw il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.

Ixxerja din il-paġna