Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Analiżi, evalwazzjoni, valutazzjoni ta’ l-impatt

© Bacho Foto / Fotolia

Fl-Ewropa, is-swieq soċjali u tax-xogħol qed jinbidilu b'pass mgħaġġel. Dawn it-tibdiliet qed iseħħu minħabba għadd ta' fatturi differenti inklużi l-globalizzazzjoni, żviluppi teknoloġiċi u t-tixjiħ tal-popolazzjoni. 

Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi appoġġ għal dawk li jfasslu l-politika billi tanalizza tendenzi importanti fis-suq soċjali u tax-xogħol. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara t-taqsimiet li ġejjin ta’ dan is-sit web: Analiżi soċjali u dwar l-impjiegi

L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-politiki u l-fondi fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni jiżguraw li l-politiki u l-liġijiet tal-UE jkunu mħejjija b’mod miftuħ u trasparenti, infurmati mill-aħjar evidenza disponibbli u appoġġjati mill-involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati Dan jgħin biex jinkisbu l-għanijiet bi spiża minima. Għal aktar informazzjoni ara hawn: Evalwazzjoni u studju dwar l-impatt 

Pubblikazzjonijiet ordnati mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt huma disponibbli fuq dan is-sit web permezz tal-katalgu tal-pubblikazzjonijiet.

Ixxerja din il-paġna