Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kuntratturi u l-benefiċjarji ta’ fondi tal-UE mill-baġit tal-UE

Kun af min:

  • rebaħ offerti u kuntratti konklużi mal-UE
  • ingħata għotjiet tal-UE
  • irċieva għajnuna mill-baġit tal-UE jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, iżda mhix direttament responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi kollha tal-UE. Id-deċiżjonijiet dwar il-benefiċjarji finali u t-trasferimenti attwali ta’ flus lilhom jistgħu jittieħdu minn entitajiet oħra.

Madwar 80% tal-baġit tal-UE huwa ġestit mill-gvernijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE. Din tissejjaħ ġestjoni konġunta. Skont il-ġestjoni indiretta, fuq in-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tiddelega l-ġestjoni tal-baġit tal-UE lil imsieħba bħal:

  • aġenziji deċentralizzati
  • impriżi konġunti
  • aġenziji nazzjonali
  • entitajiet tal-UE speċjalizzati
  • organizzazzjonijiet internazzjonali
  • pajjiżi mhux tal-UE.

Is-sorsi ta' informazzjon dwar il-kuntratturi u l-benefiċjarji tal-fondi tal-UE huma differenti, skont jekk il-ġestjoni hix konġunta jew indiretta. Għad-dettalji sħaħ tal-ammont riċevut minn benefiċjarju wieħed mill-baġit tal-UE jew il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp f’sena partikolari, se jkollok bżonn tfittex fil-bażijiet tal-dejta kollha msemmija hawn taħt.

Ġestjoni diretta

Is-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja DeutschEnglishfrançais (STF) tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċjarji ta' fondi direttament ġestiti mill-Kummissjoni bejn l-2007 u l-2013. Il-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bejn l-2010 u l-2013 huma elenkati wkoll.

Id-dejta għal sena finanzjarja partikolari tiġi applowdjata fl-STF fl-aħħar ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Sat-30 ta' Ġunju 2014, huma rreġistrati aktar minn 288,000 partita, b'total ta' kważi €136 biljun. Dawn li ġejjin ma jiġux ippubblikati:

  • kuntratti ta’ akkwist pubbliku b’valur taħt €15,000
  • informazzjoni dwar l-istaff tal-UE
  • xi partiti kunfidenzjali.

L-STF tippermetti li jsir tiftix avvanzat fil-bażijiet tad-dejta skont is-sena, il-pajjiż, l-isem tal-benefiċjarju, in-numru tal-VAT, l-isem tal-programm jew is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli.

Il-ġestjoni konġunta mill-pajjiżi tal-UE

Madwar 80% tal-baġit tal-UE huwa ġestit mill-gvernijiet nazzjonali jew mill-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali. Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tad-dejta dwar il-benefiċjarji tal-fondi li jamministra.

Din id-dejta hi ppubblikata fuq il-websajts nazzjonali u, skont il-qasam ta’ implimentazzjoni, fuq il-websajts li ġejjin:

  • Il-politika agrikola Deutsch (de) English (en) français (fr) (pagamenti diretti u miżuri ta' sostenn għas-suq, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali)
  • L-Iżvilupp Reġjonali (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni)
  • L-Impjieg (il-Fond Soċjali Ewropew)
  • Is-Sajd (il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd)

Għad-dettalji tal-benefiċjarji taħt il-ġestjoni konġunta f'pajjiż speċifiku tal-UE, ikklikkja l-mappa hawn taħt.

Liema proġetti fir-reġjun tiegħek jirċievu l-fondi tal-UE minn wieħed mill-5 fondi strutturali u ta' investiment tal-UE?

FusionMaps
Din il-mappa tipprovdi links għall-websajts li jitmexxew mill-pajjiżi tal-UE, li għandhom ir-responsabbiltà kollha għall-kontenut tagħhom.

Ġestjoni indiretta

Sehem iżgħar tal-baġit tal-UE huwa ġestit minn diversi msieħba tal-UE li huma responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali. Issib din id-dejta fuq il-websajts ta' aġenziji u entitajiet oħra tal-UEu istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-UE.

L-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għal pajjiżi li mhumiex fl-UE

Il-Kummissjoni tippubblika wkoll dejta dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-iżvilupp English (en) français (fr) lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-benefiċjarji tal-għajnuna umanitarja Englishfrançais.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?