Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Applikazzjonijiet

Biex issib tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali tal-applikazzjonijiet EGF tista' tittajpja kelma ewlenija u/jew tuża waħda jew bosta mill-kriterji lesti hawn taħt.

Kif jaħdem

1. Meta:

  • Pajjiż tal-UE isir jaf dwar sensji fuq skala kbira kkawżati mill-globalizzazzjoni jew xi kriżi, u
  • wara li rappreżentanti tal-ħaddiema u min iħaddem ikunu qablu dwar il-pjan soċjali tagħhom.

isir pjan biex jgħin lill-ħaddiema milquta, imfassal mill-Persuni ta' Kuntatt tal-EGF f'dak il-pajjiż membru.

2. Il-pjan jista' jintintbagħat bħala applikazzjoni lill-Unjoni Ewropea biex permezz tal-EGF tiffinanzja parti minnu.

3. Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa l-pjan u tipproponih lill-Awtorità Baġitarja tal-UE (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) għall-approvazzjoni.

4. Jekk jiġi approvat, il-pajjiż membru jista' jirċievi sa 60% tal-ispiża tal-pjan ta' azzjoni.

image

Artikolu 2(a): Intrapriża u l-fornituri tagħha u l-operaturi tagħha 'l isfel fil-katina.

L-Artikolu 2(b): Settur f'reġjun jew f'żewġ reġjuni li jmissu ma' xulxin.

L-Artikolu 2(c): Swieq tax-xogħol żgħar jew ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(a) jew (b) ma jiġux issodisfati għal kollox.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+