Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Analiżi, evalwazzjoni, valutazzjoni ta’ l-impatt

Il-kaligrafija ta' xi ħadd fuq karta b’tabella mimlija numri

Fl-Ewropa, is-swieq soċjali u tal-impjiegi qed jidbiddlu rapidament. Dawn il-bidliet huma xprunati minn għadd ta' fatturi differenti inklużi l-globalizzazzjoni, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-popolazzjoni aktar xiħa.

Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi appoġġ lill-fassala tal-politika, permezz ta' analiżi importanti tax-xejriet tas-swieq soċjali u tal-impjieg. Għal tagħrif ulterjuri, jekk jogħġbok ara s-sezzjonijiet segwenti ta' din il-websajt.

Din tevalwa l-impatt tal-programmi u l-politiki tal-UE sabiex tiżgura li dawn jgħinu fil-ħolqien ta' impjiegi, is-soluzzjoni ta' kwistjonijiet soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs. Għal tagħrif ulterjuri, jekk jogħġbok ara s-sezzjoni segwenti ta' din il-websajt.

Kull sena il-Kummissjoni Ewropea tippubblika 'il fuq minn 50 stħarriġ. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-istudji huma ffinanzjati mill-programm PROGRESS tal-UE. L-istudji ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs huma disponibbli fuq din il-websajt permezz tal-arkivju tad-dokumenti.

 

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+