Strumenti għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa
Additional tools
L-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi tara li toħloq iktar impjiegi ta' kwalità aħjar fl-UE. Tispira ruħha mill-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku.
Bi tweġiba għar-rata għolja ta' qgħad fl-Ewropa, f'April 2012 il-Kummissjoni Ewropea nediet sett ta' miżuri biex tistimola l-impjiegi, l-hekk imsejjaħ "Pakkett għall-Impjiegi" Dan għandu l-għan li:
Il-pakkett għall-impjiegi jibni fuq l-Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda ta' Ewropa 2020 u hu appoġġat mill-Osservatorju Ewropew għall-Impjiegi u l-Programm ta' Tagħlim Reċiproku.
Aktar informazzjoni dwar il-pakkett għall-impjiegi tal-UE
L-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi tipprovdi qafas (il-"metodu miftuħ ta' koordinazzjoni") biex il-pajjiżi tal-UE jiskambjaw l-informazzjoni, jiddiskutu u jikkoordinaw il-politiki tal-impjieg tagħhom.
Hi bbażata fuq l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir, li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-UE għas-sena sussegwenti biex jiġu stimulati t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u jiftaħ is-semestru Ewropew ta' kull sena, li jippromwovi koordinazzjoni eqreb bejn il-gvernijiet nazzjonali tal-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom.
Kull sena, dan il-proċess (appoġġat bil-ħidma tal-kumitat tal-impjiegi) jinvolvi dawn il-passi: