Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Tiċċaqlaq u taħdem fl-Ewropa

Ir-regoli tal-UE:

  • jagħmluha faċli għalik bħala ċittadin biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE
  • jipproteġu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tiċċaqlaq fl-Ewropa

Xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE

Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa prinċipju fundamentali tal-UE.

Iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati:

  • ifittxu xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE
  • jaħdmu hemm mingħajr il-ħtieġa għall-permess tax-xogħol
  • jgħixu hemm għal dik ir-raġuni
  • joqogħdu hemm anki wara li jintemm l-impjieg
  • igawdu trattament indaqs bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż għall-aċċess għall-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-vantaġġi l-oħra kollha soċjali u tat-taxxa

Aktar informazzjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema

Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Ir-regoli tal-UE jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali biex jiżguraw li tikseb dak li tkun intitolat għalih meta tiċċaqlaq fl-Ewropa (UE 27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera).

Din hija bbażata fuq erba' prinċipji ewlenin:

  • Inti kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss kull darba biex b'hekk tħallas il-kontribuzzjonijiet f'pajjiż wieħed
  • Għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tkun kopert
  • Meta titlob benefiċċju, il-perjodi preċedenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza f'pajjiżi oħra jiġu kkunsidrati jekk ikun hemm bżonn
  • Jekk int intitolat għal benefiċċju f'kontanti minn pajjiż wieħed, ġeneralment tirċevih anke meta tkun qed tgħix f'pajjiż differenti

Jekk timrad jew tkorri waqt li tkun qed tivvjaġġa f’pajjiż tal-UE, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit, il-koordinazzjoni tas-sigurtà sojċali tagħtik id-dritt għall-kura neċessarja, jekk ikollok il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa miegħek

Aktar informazzjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Ixxerja din il-paġna