Leġiżlazzjoni tal-UE
Koordinazzjoni modernizzata
Il-koordinazzjoni modernizzata ilha tapplika fl-UE mill-1 ta' Mejju 2010. Din tinkludi dawn ir-regolamenti konsolidati:
Dawn it-testi jinkludu l-modifiki għar-Regolamet (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li saru mir-Regolament (KE) Nru 988/2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012.
Id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà speċjali bdew jeżistu mill-1958 bir-Regolamenti Nri 3 u 4. Ġew aġġornati u estiżi ħafna drabi.
Madankollu, il-koordinazzjoni modernizzata hi l-ewwel riforma ewlenija mir-regolamenti tas-snin sebgħin.
Ċittadini li mhumiex mill-pajjiżi tal-UE
Mill-1 ta' Jannar 2011, ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 estenda l-koordinazzjoni modernizzata għaċ-ċittadini li mhumiex mill-pajjiżi tal-UE (ċittadini ta' pajjiżi terzi) li jgħixu legalment fl-UE u li huma f'sitwazzjoni transkonfinali. Il-membri tal-familja tagħhom u s-superstiti huma koperti wkoll jekk jinsabu fl-UE.
Ma japplikax għad-Danimarka.
Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 hu sors ta' drittijiet, pereżempju, fil-każ ta' ċittadin ta' pajjiż terz li ċċaqlaq minn pajjiż tal-UE għal ieħor minħabba x-xogħol, iżda li wliedu baqgħu jgħixu fil-pajjiż preċedenti tal-UE.
L-Isvizzera
Il-koordinazzjoni modernizzata fl-Isvizzera bdiet tapplika mill-1 ta' April 2012.
- L-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, kif aġġornat bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt stabbilit b'dak il-ftehim.
Iż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea)
Il-koordinazzjoni modernizzata fin-Norveġja, l-Islanda, u l-Liechtenstein (il-pajjiżi taż-ŻEE) bdiet tapplika mill-1 ta' Ġunju 2012 .
- L-Anness VI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim taż-ŻEE), kif aġġornat bid-Deċiżjoni Nru 76/2011 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE