Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Klejms u formoli

Jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek tinvolvi iktar minn pajjiż wieħed tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, dawn is-suġġerimenti prattiċi jistgħu jgħinuk tindirizza t-talbiet tiegħek.

Dokumenti Portabbli

  • Ħafna mid-dejta hi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Madankollu, f'ċerti każijiet ikollok bżonn "dokument portabbli" (dak li qabel kien jissejjaħ E-formola) biex tiċċertifika s-sitwazzjoni tiegħek meta tivvjaġġa. Sib aktar tagħrif dwar id-"dokumenti portabbli" fil-mistoqsijiet frekwenti.
  • Dokument portabbli normalment jinħareġ mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek fuq talba. Hu rakkomandat li titolbu qabel ma titlaq. Madankollu, jekk m'għamiltx dan, l-istituzzjoni fil-pajjiż fejn se tmur tikseb id-dejta neċessarja direttament mill-istituzzjoni fejn int assigurat.
    Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Skadenzi

Meta tittratta mas-sistemi tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżi differenti jaf tħoss li hu diffiċli tibgħat talba f'pajjiż speċifiku fl-iskadenza meħtieġa. Ir-regoli tal-UE jippermettulek tissottometti t-talba tiegħek fi żmien l-istess skadenza tal-istituzzjoni jew tribunal korrispondenti ta' pajjiż ieħor (fejn qed tgħix jew tinsab, pereżempju) jekk kont assigurat hemmhekk. It-talba tiegħek imbagħad tintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti.

Lingwi

Tista' tippreżenta t-talbiet, l-ittri u ċ-ċertifikati tiegħek fil-lingwa nattiva tiegħek, jekk hi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, kull meta tqis li hu neċessarju jew xieraq. Dan jista' jdewwem id-deċiżjoni relatat mat-talba tiegħek, iżda jista' jgħinek tesprimi ruħek b'mod ċar u tevita n-nuqqas ta' ftehim.

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. 

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Hu parir legali mill-Ewropa Tiegħek – Servizz ta' pariri

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna