Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Moviment Ħieles - ċittadini ta' l-UE

Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa prinċipju fundamentali tat-Trattat minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u żviluppat mil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE u mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati:

  • ifittxu xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE   
  • jaħdmu hemm mingħajr il-ħtieġa għall-permess tax-xogħol
  • jgħixu hemm għal dik ir-raġuni
  • joqogħdu hemm anki wara li jintemm l-impjieg
  • igawdu trattament indaqs bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż għall-aċċess għall-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-vantaġġi l-oħra kollha soċjali u tat-taxxa

Iċ-ċittadini tal-UE jista' wkoll ikollhom ċertu tip ta' kopertura tas-saħħa u sigurtà soċjali trasferita lejn il-pajjiż fejn se jmorru jfittxu xogħol (arail-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali).

Il-moviment liberu tal-ħaddiema japplika wkoll, f’termini ġenerali, għall-pajjiżi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) u għar-Renju Unit.

Min jaħdem f'ċerti oqsma jista' wkoll jikseb rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħu f'pajjiż ieħor (ara r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali).).

Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-UE tipprovdi regoli li jipproteġu d-drittijiet tan-nies li jiċċaqalqu fi ħdan l-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit.

Min jista’ jgawdi minn dan il-moviment liberu?

  • Dawk li qed ifittxu xogħol, jiġifieri ċittadini tal-UE li jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE biex ifittxu xogħol, taħt ċerti kundizzjonijiet
  • Ċittadini tal-UE li jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE
  • Ċittadini tal-UE li jmorru lura f'pajjiżhom wara li jkunu ħadmu f'pajjiż ieħor.
  • Membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini.

Id-drittijiet jistgħu jkunu xi ftit differenti għal dawk li jippjanaw li jaħdmu għal rashom, għall-istudenti, għall-irtirati jew mhux attivi ekonomikament. Għal iktar informazzjoni dwar dawn il-gruppi, ara L-Ewropa Tiegħek.

X'restrizzjonijiet hemm?

  • Id-drittjiet spjegati f'dan is-sit japplikaw għal dawk li jużaw id-dritt tal-moviment liberu tagħhom għal raġunijiet ta' xogħol.
  • Hemm limitazzjonijiet fuq konsiderazzjonijiet ta' sigurtà pubblika, politika pubblika, raġunijiet ta' saħħa pubblika u impjiegi fis-settur pubbliku.
  • Iċ-ċittadini tal-Kroazja jistgħu jiffaċċjaw restrizzjonijiet temporanji.

Ir-Renju Unit

Il-liġi kollha tal-UE, fl-oqsma kollha ta’ politika, se tibqa’ applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Bħalissa huwa previst li l-perjodu ta’ tranżizzjoni jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Ixxerja din il-paġna