Dan is-sit ġie arkivjat (18/07/2014)
18/07/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Kimiċi

L-industrija tal-kimiċi Ewropea: sikura u kompetittiva

L-industrija tal-kimiċi biddlet id-dinja li ngħixu fiha, billi għamlet il-prodotti orħos, eħfef u aktar reżistenti. Din hi storja Ewropea ta’ suċċess li jeħtieġ li tiġi preservata. 

Il-kimiċi, il-plastik u l-gomma huma wħud mis-sisien tal-industrija tal-UE. Il-prodotti tas-settur tal-kimiċi ppermettew l-innovazzjoni fil-firxa kollha tal-attivitajiet industrijali mill-manifattura tal-karozzi sal-avjazzjoni, b’impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-esportazzjoni. 

L-Ewropa hi minn ta’ quddiem nett fid-dinja f’dan is-settur b’sehem ta' wieħed minn kull ħamsa tas-suq globali. L-avvanzi teknoloġiċi ppermettew il-kumpaniji Ewropej jibqgħu kompetittivi u jbigħu l-prodotti u l-ideat tagħhom madwar id-dinja għal għexur ta’ snin. Il-kimiċi huma wkoll importanti biex jipprovdu soluzzjonijiet għall-isfidi tal-ġejjieni, bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’użu baxx tal-karbonju.

"L-industrija tal-kimiċi ilha storja Ewropea ta’ suċċess. Għandna nagħmlu kull sforz biex iżommu l-klassifika għolja tagħha fid-dinja. Biex nagħmlu dan irridu noffru prezzijiet kompetittivi tal-enerġija, u nsibu bilanċ tajjeb bejn il-politika ambjentali ambizzjuża tagħna u l-bżonnijiet tal-industriji f’riskju ta’ delokalizzazzjoni."

Iżda jeħtieġ li jitwettaq aktar minn hekk sabiex tiġi promossa aktar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-settur tal-kimiċi.  Fabbriki tal-kimiċi jeħtieġu aktar enerġija – b’mod partikulari ż-żejt u l-gass naturali – mill-medja tal-impjanti, u l-kontijiet tal-enerġija tagħhom jistgħu jkunu ta' piż. L-ispejjeż tal-enerġija qed jiżdiedu fl-Ewropa, meta jitqabblu max-xejra ġenerali madwar id-dinja: l-ispejjeż Ewropej għall-enerġija huma tliet darbiet ogħla minn dawk fl-Istati Uniti tal-Amerika, u ġeneralment ogħla minn reġjuni oħrajn li jikkompetu magħha.

F’dawn l-aħħar 20 sena l-industrija tal-kimiċi rreaġixxiet għal din il-pressjoni bi tnaqqis ta' 50% tal-intensità tal-enerġija u tal-emissjonijiet b'effett serra (filwaqt li l-produzzjoni żdiedet b’70%). Minkejja dan it-titjib, żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija jfissru li l-kumpaniji tal-kimiċi li jikkunsmaw ħafna enerġija jistgħu jikkunsidraw li jieħdu l-investiment tagħhom lejn l-Istati Uniti jew lejn pajjiżi oħrajn li joffrulhom anqas spejjeż. Fl-agħar xenarji, dawn jagħlqu l-fabbriki fl-UE.

Il-Kummissjoni qiegħda fuq quddiem nett biex titraġġa' lura din it-tendenza inkwetanti. Rapport dwar l-ispejjeż tal-enerġija dalwaqt se jkun ippubblikat biex jiġi valutat l-impatt negattiv tal-kontijiet ta' enerġija eċċessivi fuq ċerti setturi, inklużi dak tal-kimiċi. Dan se jqajjem kuxjenza dwar x’hemm fin-nofs ekonomikament u nittamaw li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.  Qegħdin inħeġġu aktar ċertezza legali fil-kuntratti tal-elettriku għal tul twil taż-żmien għall-industriji b’konsum intensiv tal-enerġija. Dan għandu jipprovdi prezzijiet aktar baxxi lix-xerrejja tal-enerġija, u aktar stabbiltà finanzjarja lill-bejjiegħa tal-enerġija.

B’mod parallel, l-innovazzjoni trid tiġi promossa wkoll. Il-kompetituri Amerikani u Ġappuniżi qed jinvestu bil-ferm aktar fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) milli qed jagħmlu l-kumpaniji tal-kimiċi Ewropej. Ir-riċiklaġġ hu wkoll importanti għall-ġejjieni tas-settur, u joffri opportunità aktar milli piż. 

Il-Kummissjoni qed taħdem bi sħiħ biex tipprovdi ambjent legali li jagħmel il-ħajja eħfef għal kumpaniji tal-kimiċi, billi titnaqqas il-burokrazija għal livelli minimi u billi tinkoraġġixxi l-investiment. 

L-Ewropa tista’ tiftaħar li għandha l-aktar leġiżlazzjoni avvanzata u sikura dwar il-kimiċi fid-dinja. REACH jistabbilixxi standards globali. Is-suq tagħna jaħdem aħjar bis-saħħa ta' dan ir-regolament u ċ-ċittadini tagħna huma aktar sikuri. Iżda aħna wkoll konxji li l-industrija tinsab konfrontata minn piżijiet regolatorji kbar li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetittività tagħha. Qed naħdmu biex nissimplifikaw il-proċeduri REACH u biex nagħmluha aktar faċili għall-impriżi iżgħar sabiex jimmaniġġjaw il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa minnhom.

Aktar informazzjoni Deutsch (de) English (en) français (fr)

L-aħħar aġġornament: 18/07/2014 |  Fuq