Dan is-sit ġie arkivjat (18/07/2014)
18/07/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Il-kostruzzjoni

Nilliberaw il-potenzjal tal-bini b'livell baxx ta' enerġija biex nerġgħu lura għat-tkabbir

Ir-rivoluzzjoni ekoloġika tal-Ewropa għandha tibda mir-riżorsi materjali. Jidher paradoss, iżda mingħajr sforz serju biex jiġi rrinovat il-bini eżistenti u jinħoloq spazju għal aktar kostruzzjoni ġdida effiċjenti fl-użu tal-enerġija, l-isforzi Ewropej biex jagħmlu tajjeb għat-tibdil fil-klima jistgħu eventwalment ma jirnexxux.

Il-binjiet kummerċjali, pubbliċi u residenzjali jammontaw għal madwar 40% tal-konsum tal-enerġija fl-UE. Jekk il-binjiet isiru iktar effiċjenti huwa stmat li sal-2020 nistgħu niffrankaw sa 12% ta' enerġija, u ħafna aktar fuq żmien twil.

Is-settur tal-kostruzzjoni huwa wkoll importanti biex jiġġeddu l-ibliet Ewropej u jiġu ttrasformati fi bliet intelliġenti. Sfortunatament il-binjiet b'livell baxx ta' enerġija u CO2 għoli u l-potenzjali tal-iffrankar fl-ispiża tal-enerġija għadhom limitati fl-adozzjoni mis-suq, minkejja l-vantaġġi ekonomiċi u ambjentali tagħhom.

"Il-prestazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni tagħna għandha impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-ekonomija globali. Għalhekk, il-kompetittività tal-kumpaniji tal-kostruzzjoni hija kwistjoni importanti mhux biss għat-tkabbir u l-impjiegi b'mod ġenerali iżda wkoll biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tas-settur."

Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata b’mod attiv fl-appoġġ għas-settur tal-kostruzzjoni sabiex jilħaq għanijiet ambizzjużi fl-użu effiċjenti tal-enerġija. Bħalissa għaddej pjan ta’ azzjoni komprensiv tal-Kummissjoni, li jestendi sal-2020.

Il-qawmien mill-ġdid tas-settur se jġib vantaġġi ċari għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija Ewropea. Il-kumpaniji tal-kostruzzjoni jiġġeneraw kważi 10% tal-PDG tal-UE u jipprovdu 20 miljun impjieg, l-aktar f’intrapriżi mikro u żgħar.

Iżda s-settur kien wieħed minn dawk l-aktar milquta mill-kriżi finanzjarja u ekonomika, bi tnaqqis ta’ 16% bejn l-2008 u l-aħħar tal-2012 f’xogħlijiet ta' bini u infrastruttura mwettqa fl-UE.

Sabiex treġġa' lura din ix-xejra, li qed taffettwa l-ekonomija Ewropea kollha kemm hi, il-Kummissjoni pproponiet li tirdoppja l-mira annwali għar-rinnovazzjoni tal-binjiet tal-gvern ċentrali, biex tilħaq it-3%. Barra minn hekk, tagħti l-parir li 2% tal-istokk kollu tal-bini għandu wkoll jiġi rrinovat.

Dan jeħtieġ sforz sinifikanti mill-awtoritajiet nazzjonali, u pjanijiet ta’ investiment pubbliku u privat sinifikanti. Ingħatat flessibbiltà ġdida fil-miri tal-baġit b'mod temporanju lill-pajjiżi li għadhom taħt il-limitu massimu tad-defiċit tal-UE. Fondi disponibbli friski għandhom issa jkunu mmirati lejn azzjonijiet li jsaħħu t-tkabbir, inklużi dawk fis-settur tal-kostruzzjoni.

Il-Kummissjoni hija attiva wkoll sabiex tagħmilha eħfef għall-kumpaniji tal-kostruzzjoni Ewropej sabiex joperaw lil hinn mill-fruntieri tal-UE, billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal sejħiet għall-offerti pubbliċi fi spirtu ta’ reċiproċità mal-imsieħba kummerċjali u tal-investiment ewlenin tagħna.

Kostruzzjoni: Is-suq uniku magħmul faċli għall-kumpaniji Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it)

Aktar informazzjoni

L-aħħar aġġornament: 18/07/2014 |  Fuq