Dan is-sit ġie arkivjat (18/07/2014)
18/07/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Mandat

Is-suċċess tal-industrija Ewropea u tal-kumpaniji iżgħar tagħha huwa ta’ importanza ċentrali għall-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini Ewropej. L-għan ewlieni tiegħi bħala Kummissarju għall-Intrapriża u l-Industrija huwa li niżgura li s-setturi kummerċjali tal-UE kollha joħorġu mill-kriżi ekonomika attwali aktar b’saħħithom u aktar kompetittivi minn qabel, u jkunu kapaċi jsostnu tkabbir sostenibbli f’ekonomija tas-suq soċjali b’saħħitha.

L-immodernizzar u t-tisħiħ tal-kapaċità industrijali tal-UE sejjer ikollhom rwol ewlieni fis-suċċess tal-istrateġija 2020 tal-UE. Din hija r-raġuni l-għala jien nixtieq li nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-politika industrijali attwali tagħna sabiex nagħmlu s-settur aktar kompetittiv fix-xena globali. Irrid li npoġġi fis-seħħ qafas li jippermetti lill-industriji, kbar u u żgħar, sabiex ikunu dinamiċi, sostenibbli u innovattivi meta jindirizzaw il-ħtiġijiet ekonomiċi u ambjentali tas-Seklu 21. Dan ifisser li npoġġu 'l-ekonomija ambjentali' fil-qalba ta' kull politika industrijali ġdida sabiex l-Ewropa tkun tista' ssir il-mexxej dinji fl-eko-effiċjenza, eko-disinn u eko-teknololġija.

L-SMEs għandhom rwol importati fil-kapital industrijali tagħna. Neħtieġu li niżviluppaw il-potenzjal tagħhom, l-aktar fil-qasam tat-tkabbir tal-esportazzjoni. Parti minn dan għandha tkun it-titjib tal-aċċess tagħhom għall-finanzi, parti oħra tkun is-sostenn tal-funzjonament minn ġurnata għal oħra tagħhom permezz ta’ implimentazzjoni effettiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u l-konsolidament tas-suq intern. Jiena rrid ukoll niżviluppa kultura ġdida ta’ intraprenditorija u innovazzjoni fl-Ewropa biex jinħoloq ambjent li fih iċ-ċittadini ma jibżgħux jippruvaw attività kummerċjali ġdida.

Finalment, it-trattat ta’ Liżbona jagħtina bażi legali ġdida fil-qasam tal-politika spazjali u t-turiżmu. Politika spazjali Ewropea b'saħħitha huwa element essenzjali fit-tisħiħ tal-kompetittività u l-kapaċità teknoloġika tagħna tas-sistema industrijali tagħna, u jiena rrid niżgura li proġetti bħal GMES u Galileo jipproduċu riżultati ta’ kwalità għolja kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-industrija. Jiena rrid ukoll niżviluppa l-potenzjal tas-settur tat-turiżmu, li diġà huwa wieħed mill-aktar attivitajiet ekonomiċi importanti tal-Ewropa.

Jien personalment konvint li s-soċjetajiet tagħna jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet tan-negozju tal-lum biss billi jaħdmu fuq skala Ewropea u globali u nħares ’il quddiem biex nikkollabora mal-industrija, iċ-ċittadini, l-NGOs u l-atturi politiċi biex insibu soluzzjonijiet pożittivi għall-isfidi ta’ quddiemna.

L-aħħar aġġornament: 22/07/2014 |  Fuq