Dan is-sit ġie arkivjat (18/07/2014)
18/07/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Edukazzjoni fil-qasam tal-Intraprenditorija

L-edukazzjoni fil-qasam tal-intraprenditorija hi kruċjali għal titjib ekonomiku

Kif jista’ l-qgħad fost iż-żgħażagħ isir xi ħaġa tal-passat? Minflok ma jitħabtu biex jikkonvinċu l-kumpaniji jagħtu impjiegi liż-żgħażagħ tagħna, l-Istati Ewropej jistgħu jiddeċiedu li jiddedikaw aktar riżorsi biex jgħallmu liż-żgħażagħ dwar kif iwaqqfu n-negozju tagħhom u jkunu sidien tagħhom infushom.

Biex isseħħ din ir-rivoluzzjoni kulturali, ovvjament l-edukazzjoni għandha rwol ċentrali. Xi nies jittwieldu intraprendituri. Iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, in-nies jitgħallmu jsiru intraprendituri. Bejn 15% u 20% tal-istudenti li jipparteċipaw fi programm ta’ minikumpaniji fl-iskejjel sekondarji, aktar 'il quddiem jibdew kumpanija għalihom, ċifra li tikkostitwixxi madwar tlieta sa ħames darbiet dik tal-popolazzjoni ġenerali.

"Hi illużjoni li wieħed jaħseb li l-impjiegi jistgħu jinħolqu billi jitfettqu aktar is-servizzi ċivili li diġà jinsabu mifqugħin jew billi jingħataw inċentivi lill-kumpaniji biex jirreklutaw. Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi l-ġodda se jkunu qed jinħolqu minn mikrokumpaniji jew ditti żgħar u ta' daqs medju. Bosta minnhom se jitniedu miż-żgħażagħ. Dan hu l-potenzjal veru li jeħtiġilna nisfruttaw. Billi x-xewqa u l-abbiltà li tinbeda kumpanija ma tiġix biss minn temperament personali, ipproponejna li ninkludu t-tagħlim u l-programmi biex jiġi promoss spirtu intraprenditorjali fil-kurrikuli obbligatorji. Dan hu kruċjali biex tinsab soluzzjoni għall-qgħad fl-Ewropa, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ.”

Minkejja din l-evidenza, is-sistemi edukattivi Ewropej normalment ma jgħallmux ħiliet intraprenditorjali. Dan ma għandux jibqa’ hekk. U għandu jseħħ fil-livelli kollha. L-Istati Membri huma msejħa biex jiżguraw li l-“intraprenditorija” tkun inkorporat fil-kurrikuli fil-primarja, is-sekondarja, u fl-edukazzjoni vokazzjonali, għolja u għall-adulti, qabel tmiem l-2015.

Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ l-universitajiet biex isiru aktar intraprenditorjali u biex jiżdiedu l-konnessjonijiet tagħhom ma’ ditti, sabiex l-aqwa ideat tar-riċerkaturi u tal-istudenti jinbidlu malajr kemm jista' jkun f’impriżi bi profitt.

Bħalissa għaddej xogħol sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' negozji influwenzati mill-universitajiet u sabiex jixpruna l-ekosistemi bejn l-universitajiet u n-negozji bl-għan li jkunu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Qafas għal universitajiet intraprenditorjali ġie żviluppat b’kooperazzjoni mal-OECD biex jgħin lill-universitajiet jadottaw moduli tat-tagħlim mfasslin apposta.

Edukazzjoni ffokata aktar fuq l-intraprenditorija għandha tkun komplementata b’taħriġ xieraq u appoġġ għal negozji ġodda. L-istudenti għandhom jiġu offruti l-opportunità li jkollhom tal-anqas esperjenza prattika intrapreditorjali waħda qabel iħallu l-edukazzjoni obbligatorja.

L-iskema ta' garanzija għaż-żgħażagħ se tipprovdi possibbiltajiet konkreti ġodda. Il-baġit Ewropew tagħna se jintuża biex jiffinanzja taħriġ u programmi ġodda ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, u wkoll għall-adulti li għandhom bżonn opportunità oħra ta' edukazzjoni.

Wara l-kuntatt inizjali tagħhom mal-intraprenditorija fl-iskola u fl-università, intraprendituri potenzjali jistgħu jiksbu esperjenza diretta u jwessgħu t-taħriġ u l-opportunitajiet tan-netwerking tagħhom permezz tal-programm ta’ skambju Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ.

Għajnuna liż-żgħażagħ tagħna mhix biss hi dover imma wkoll benefiċċju, bħala negozji ġodda jistgħu jkollhom rwol ewlieni fit-tnedija mill-ġdid tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u jippromwovu ideat u prattiki ġodda għan-negozju.

Aktar informazzjoni Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it)

L-aħħar aġġornament: 18/07/2014 |  Fuq