X'inhuma d-drittijiet tiegħek?
Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali japplikaw għal-leġiżlazzjoni nazzjonali għal fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera:
- benefiċċji marbutin mal-mard, il-maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità
- pensjonijiet tax-xjuħija, skemi ta' qabel l-irtirar u benefiċċji tal-invalidità
- benefiċċji lis-superstiti u għotjiet f'każ ta' mewt
- benefiċċji tal-qgħad
- benefiċċji tal-familja
- benefiċċji marbutin ma' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard relatat max-xogħol
Bħala regolamenti, ir-regoli tal-koordinazzjoni japplikaw direttament fil-pajjiżi kollha tal-UE. Fi kliem ieħor, iridu jiġu osservati mill-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-qrati. Anke meta l-liġijiet nazzjonali jkunu f'kunflitt magħhom, ir-regoli tal-UE jingħataw preċedenza.
Jista' jkun diffiċli jiġi determinat jekk benefiċċju partikolari hux kopert mir-regoli ta' koordinazzjoni. Ikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek biex issir taf.
Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni
X’mhux kopert
- Ċertu għadd ta' benefiċċji speċjali fi flus li mhumiex ibbażati fuq il-kontribuzzjonijiet (benefiċċji mhux kontributorji) jiġu pprovduti biss minn u a spejjeż tal-istituzzjoni tal-pajjiż ta' residenza tiegħek. F'ħafna mill-każijiet dawn il-benefiċċji jitħallsu lil dawk li għandhom pensjoni jew dħul taħt ċertu livell. Ma jitħallsux jekk tgħix f'pajjiż ieħor. Dawn il-benefiċċji huma elenkati fl-Anness X tar-Regolament 883/2004.
- Il-koordinazzjoni tal-UE ma tapplikax għall-għajnuna soċjali u medika: dawn il-benefiċċji normalment jingħataw abbażi tal-mezzi finanzjarji tiegħek.
- Il-koordinazzjoni tal-UE ma tapplikax għat-tassazzjoni. Staqsi lill-awtoritajiet tat-taxxa f'pajjiżek għal informazzjoni dwar il-każ partikolari tiegħek.
Għandek bżonn iktar għajnuna?
Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?
Skopri dwar is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE (L-Ewropa Tiegħek)
Agħmel mistoqsija lill-Ewropa Tiegħek 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Ewropa Tiegħek