Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Membri tal-familja

Meta ċittadin tal-UE jmur jaħdem b'pajjiż ieħor tal-UE, il-membri tal-familja wkoll għandhom id-dritt jgħixu u jaħdmu f'dak il-pajjiż, hi x'inhi n-nazzjonalità tagħhom. It-tfal għandhom dritt jirċievu l-edukazzjoni tagħhom hemmhekk.

Id-dritt għar-residenza

Formalitajiet amministrattivi: 

Id-dritt għall-impjieg

Membri tal-familja:

  • m'għandhomx bżonn permess tax-xogħol biex jaħdmu, ukoll jekk mhumiex ċittadini tal-UE.
  • għandhom id-dritt tat-trattament indaqs, inkluż l-aċċess għal vantaġġi soċjali u ta' tassazzjoni.

Id-dritt għall-edukazzjoni

It-tfal ta' ċittadini tal-UE li jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE:

  • għandhom id-dritt li jsegwu l-edukazzjoni tagħhom fil-pajjiż fejn qegħdin, hi x'inhi n-nazzjonalità tagħhom, bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż
  • għandhom jingħataw l-istess aċċess għall-għotjiet ta' studju.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna