Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal parteċipazzjoni

Iċ-ċittadini tal-UE kollha għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw d-dritt tagħhom għal vot. Dan hu kif nikkontribwixxu għal-liġijiet li għandna u nagħżlu n-nies li jiggvernawna.

Madanakollu, fil-prattika, mhux il-persuni b’diżabilità kollha jistgħu jivvutaw jew joħroġu bħala kandidati għall-elezzjoni. Postijiet tal-votazzjoni forsi ma jkunux aċċessibbli, informazzjoni forsi ma tkunx disponibbli f’mod li jkunu jistgħu jaċċessawha jew jifhmuha (il-braille jew lingwa tas-sinjali pereżempju) u l-bqija. Barra minn hekk, persuni b’diżabilità jistgħu jkunu mċaħħda mid-dritt għal vot jew biex joħorġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet minħabba restrizzjonijiet fil-kapaċità legali tagħhom.

Il-Kummissjoni qed taħdem mal-istati membri tal-UE taħt l-Istrateġija ta’ għaxar snin għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità biex tgħin ħalli d-demokrazija taħdem għal kulħadd.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Ugwaljanza fil-kaxxa tal-vot

Anzjan ma' żgħażugħa li tgħinu bit-teknoloġija. Test li jgħid: flimkien għall-parteċipazzjoni, #EUDisabilityRights, #UnionOfEquality.

Kull stat membru tal-UE għandu regoli li jikkundizzjonaw kif ċerti persuni b’diżabilità jistgħu jieħdu sehem f’elezzjonijiet, inklużi l-elezzjonijiet Ewropej. Pereżempju, fi 18-il stat membru, nies għomja ma jistgħux jivvutaw waħedhom u jridu joqgħodu fuq persuna oħra biex tivvota għalihom. Għalkemm l-awtoritajiet qed jaħdmu biex ineħħu l-ostakli, hemm iktar xi jsir biex nassiguraw li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jsemmgħu leħenhom u jipparteċipaw f’elezzjonijiet fuq bażi indaqs ma’ ħaddieħor.

Taħt l-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tkompli taħdem ma’ stati membri tal-UE u mal-Parlament biex tassikura li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet politiċi tagħhom fuq bażi indaqs ma’ oħrajn.

L-attivitajiet tal-Kummissjoni jinkludu:

  • Ħidma ma’ stati membri tal-UE fin-Network Ewropew dwar l-Elezzjonijiet biex tiżgura li persuni b’diżabilità jistgħu jkollhom rwol f’elezzjonijiet - bħala votanti u bħala kandidati.
  •  Ħidma ma’ dan in-Network u stati membri tal-UE biex tippublika gwida ta’ prattiċi tajba għall-elezzjoni għal elezzjonijiet iktar aċċessibbli sat-tmiem tal-2023.
  • Proposti għal miżuri biex nassiguraw li ċittadini b’diżabilità jkollhom informazzjoni aċċessibbli dwar il-kundizzjonijiet u regoli dettaljati għal reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fil-proposti tagħha għal liġijiet riveduti dwar id-drittijiet ta’ ċittadini mobbli tal-UE biex jivvutaw u joħorġu għal elezzjonijiet tal-UE u muniċipali.
  • Tentattiv biex nindirizzaw il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità fil-kompendju dwar elezzjonijiet elettroniċi.
  • Użu tal-programm dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittjiet u l-Valuri tal-UE jgħin iktar nies bi bżonnijiet differenti biex ikollhom rwol attiv fid-demokraziji tagħna.

Għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, l-isforzi tal-Kummissjoni biex jippromwovu l-parteċipazzjoni elettorali u l-parteċipazzjoni ser tiffoka wkoll fuq persuni b’diżabilità.

In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet, grupp iffurmat minn esperti minn stati membri tal-UE, għandu rwol ewlieni fl-iskambju ta’ prattiċi tajba tal-elezzjonijiet bħal postijiet tal-votazzjoni aċċessibbli, votazzjonijiet u magni tal-votazzjoni u l-provvediment ta’ informazzjoni adattat u arranġamenti ta’ votazzjoni speċifiċi għal votanti b’diżabilitajiet. il-Kummissjoni ser tkompli tuża n-Network biex tappoġġa persuni b’diżabilità fl-eżerċizju tad-drittijiet tal-vot tagħhom. Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ referenzi komuni u parir prattiku. Imma aħna nistgħu ngħinu nqajmu kuxjenza li l-vuċi ta’ persuni b’diżabilità jgħodd daqs ta’ kull wieħed minna.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna