Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi

Edukazzjoni tajba hi l-mogħdija għal impjieg u ħajja sodisfaċenti. Tgħin ukoll tipproteġi kontra l-faqar u l-esklużjoni. Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni addattata għal bżonnijiet tiegħu u li tkun mezz li jaċċessa s-suq tal-impjieg biex juża l-ħiliet tiegħu. L-Istrateġija ta’ għaxar snin għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità tal-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tagħmel l-edukazzjoni iktar inklużiva u effettiva – fil-livelli kollha mill-ewwel snin sal-università – u l-impjieg iktar aċċessibbli u inklużiv.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Ħolqien ta’ iktar u aħjar impjiegi f’postijiet tax-xogħol inklużivi

Persuna bis-sindromu Down ġo kafetterija ma' impjegat ieħor. Test li jgħid: flimkien għal edukazzjoni inklużiva u opportunitajiet ta' xogħol #EUDisabilityRights, #UnionOfEquality.

Persuni b’diżabilità huma protetti kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol permezz tal-liġi tal-UE. Minkejja din, ta’ spiss jsibuha diffiċli li jsibu impjiegi u biex jibqgħu fuq ix-xogħol. Hemm ħafna raġunijiet għal dan, inkluż nuqqas ta’ faċilitajiet aċċessibbli fuq il-post tax-xogħol, imma r-riżultat hu li 50.8% ta’ persuni b’diżabilità għandhom impjieg kontra 75% ta’ dawk mingħajr diżabilità. Persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien eżatt bħal ħaddieħor. Ix-xogħol jista’ jkun il-perkors għal awtonomija akbar u ħajja b’iktar valur.

L-impjieg hu wieħed mill-prijoritajiet prinċipali tal-Istrateġija

Dan l-aħħar, il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta’ miżuri biex tgħin lill-istati membri tal-UE biex jindirizzaw l-istereotipi fis-suq tal-impjiegi, jimplimentaw azzjoni affirmativa u jassikuraw li postijiet tax-xogħol jkunu addattati għall-bżonnijiet ta’ impjegati b’diżabilità.  Dan jinkludi, pereżempju, katalogu ta’ azzjonijiet pożittivi biex jiffaċilitaw ir-reklutaġġ ta’ persuni b’diżabilità.

Il-Kummissjoni Ewropea wkoll, pereżempju:

  • Tassikura li l-liġi tal-UE tintuża sew biex tipproteġi persuni b’diżabilità fuq ix-xogħol.
  • Tuża inizjattivi tal-UE bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex tgħin liż-żgħażagħ b’diżabiltà taħt it-30 biex ikollhom xogħol.
  • Tgħin issaħħaħ l-ekonomija soċjali.

il-Kummissjoni Ewropea tirrikjedi ukoll affarijiet speċifiċi mill-istati membri tal-UE bħall-issettjar ta’ miri għal 2024 biex:

  • Iżidu n-numru ta’ persuni b’diżabilità li għandhom xogħol.
  • Jnaqqsu l-lakuni fir-rata tal-impjieg bejn dawk b’diżabilità u dawk mingħajr diżabilità.

Nagħlqu l-lakuna fl-edukazzjoni

Nies jikkomunikaw bis-sinjali. Test li jgħid: flimkien għal edukazzjoni inklużiva u opportunitajiet ta' xogħol #EUDisabilityRights, #UnionOfEquality.

Iktar minn 20% ta’ żgħażagħ b’diżabilità jħallu l-iskola kmieni meta mqabbla ma’ ftit inqas minn 10% ta’ żgħażagħ mingħajr diżabilità. U inqas persuni b’diżabilità jiksbu gradi universitarji. Ħafna żgħażagħ jirċievu edukazzjoni fi skejjel speċjali li mhux dejjem joffru mogħdija ċara għax-xogħol

Edukazzjoni inklużiva hi prijorità għall-UE u taħt l-Istrateġija ser taħdem ma’ stati membri tal-UE biex, pereżempju:

  • Tħeġġeġ l-adozzjoni tal-liġi tal-UE dwar trattament indaqs fl-edukazzjoni.
  • Ittejjeb it-taħriġ tal-għalliema biex nindirizzaw n-nuqqas ta’ għalliema fl-Edukazzjoni għal Persuni bi Bżonnijiet Speċjali u biex tassikura li kull min jaħdem fl-edukazzjoni jkun imħarreġ biex jappoġġa tfal bi bżonnijiet speċjali.
  • Tagħmel skejjel tradizzjonali iktar inklużivi b’għajnuna addizzjonali għal tfal b’diżabilità, inkluż għal studenti newrodiverġenti.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna