Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Diġitalizzazzjoni fil-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Diġitalizzazzjoni fil-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jappellaw lill-Istati Membri biex jużaw it-teknoloġiji diġitali għall-iskambju, l-aċċess u l-ipproċessar tad-data meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli kif ukoll biex joffru servizzi faċli għall-utent liċ-ċittadini li jgawdu d-dritt tagħhom ta’ moviment liberu madwar l-Ewropa. 

L-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) hi sistema tal-IT li tgħin lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jiskambjaw informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali madwar l-Ewropa. Bis-saħħa ta’ din is-sistema, l-istituzzjonijiet nazzjonali jistgħu jipproċessaw it-talbiet taċ-ċittadini għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (bħall-benefiċċji tal-qgħad, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, il-benefiċċji tal-familja, u l-pensjoni tax-xjuħija) b’mod aktar rapidu u effiċjenti.  

Tnieda wkoll proġett pilota biex tiġi esplorata l-fattibbiltà ta’ Pass Ewropew tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu ssimplifikati l-interazzjonijiet taċ-ċittadini mal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-ispettorati tax-xogħol.

Dan isegwi l-objettivi tad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa li jistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri biex tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, tinkiseb l-interoperabbiltà transfruntiera u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni maċ-ċittadini.

Ixxerja din il-paġna