Fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ppreżentat viżjoni u modi għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa sal-2030. Din il-viżjoni għad-deċennju diġitali tal-UE hi bbażata fuq erba’ punti fundamentali:

Skills, infrastructures, business and governments around a compass

 

  • Icon of an antenna

    Ħiliet

    Speċjalisti fl-ICT: 20 miljun + Konverġenza bejn il-ġeneri

    Ħiliet Diġitali Bażiċi: minimu ta’ 80% tal-popolazzjoni

  • Icon of the Euro symbol

    Infrastrutturi diġitali siguri u sostenibbli

    Konnettività: Gigabit għal kulħadd, 5G kullimkien

    Semikondutturi tal-ogħla livell: sehem doppju tal-UE fil-produzzjoni globali

    Data - Edge u Cloud: 10,000 nodu “highly secure edge” newtrali għall-klima

    Computing: l-ewwel kompjuter b’aċċellerazzjoni quantum

     

 

  • Icon of stylised people

    Trasformazzjoni diġitali tan-negozji

    Użu tat-Teknoloġija: 75% tal-kumpaniji tal-UE li jużaw il-Cloud/AI/Big Data

    Innovaturi: tkabbir fuq skala u finanzjament biex jirdoppjaw il-Unicorns tal-UE

    Dawk li jadottaw tard: aktar minn 90% tal-SMEs jilħqu mill-anqas livell bażiku ta’ intensità diġitali

     

  • Icon of a stylised globe

     

    Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

    Servizzi Pubbliċi Ewlenin: 100% online

    e-Saħħa: 100% rekords mediċi disponibbli

    Identità Diġitali: 80% ċittadini li jużaw ID diġitali

     

 

Dawn l-erba’ oqsma huma parti mill-Kumpass Diġitali tal-Ewropa li se jittraduċi l-ambizzjonijiet diġitali tal-UE għall-2030 f’termini konkreti permezz ta’

  • miri u stadji importanti ewlenin
  • struttura ta’ governanza konġunta robusta li tinkludi sistema ta’ monitoraġġ b’dwal tat-traffiku biex jiġu identifikati suċċessi u lakuni
  • proġetti multinazzjonali li jikkombinaw investimenti mill-UE, l-Istati Membri u s-settur privat

Ċittadinanza diġitali: drittijiet u prinċipji għall-Ewropej

Qafas ta’ prinċipji diġitali se jgħin fil-promozzjoni u ż-żamma tal-valuri tal-UE fl-ispazju diġitali. Dan il-qafas se jiġi identifikat permezz ta’ dibattitu soċjetali wiesa’ u jista’ pereżempju jinkludi:

Icon of a shield Drittijiet diġitali

Icon of a hand and a shield Prinċipli diġitali

  • Libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għal informazzjoni diversa, affidabbli u trasparenti
  • Libertà li wieħed jistabbilixxi u jwettaq negozju online
  • Protezzjoni tad-data personali u l-privatezza
  • Protezzjoni tal-ħolqien intellettwali ta’ individwi fl-ispazju online

 

  • Ambjent online sigur u fdat
  • Edukazzjoni u ħiliet diġitali universali
  • Aċċess għal sistemi u apparati diġitali li jirrispettaw l-ambjent
  • Servizzi pubbliċi diġitali aċċessibbli u ffukati fuq il-bniedem u l-amministrazzjoni
  • Prinċipji etiċi għal algoritmi ċċentrati fuq il-bniedem
  • Protezzjoni u għoti tas-setgħa lit-tfal fl-ispazju online
  • Aċċess għal servizzi tas-saħħa diġitali

 

Il-Kummissjoni se tipproponi li tinkludi tali sett ta’ prinċipji u drittijiet diġitali f’dikjarazzjoni solenni interistituzzjonali li se:

Picture of a man using a mobile phone
  • tistabbilixxi punt ta’ riferiment komuni fil-livell Ewropew għad-drittijiet fundamentali u l-valuri fl-ispazju diġitali
  • tiżgura li ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni, ikollhom ħiliet għas-soċjetà diġitali u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom online kif ukoll offline
  • jiggwidaw lill-UE u lill-Istati Membri fit-tfassil u l-infurzar ta’ politiki kkoordinati
  • tgħin timmonitorja l-perċezzjoni tal-Ewropej dwar il-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni f’Ewrobarometru annwali

Proġetti bejn bosta pajjiżi

Biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-Kumpass Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea se taċċellera u tiffaċilita t-tnedija ta’ proġetti multinazzjonali, li jibnu fuq il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fondi ta’ Koeżjoni u finanzjament ieħor tal-UE.

Dawn il-proġetti jistgħu

  • jikkombinaw investimenti mill-baġit tal-UE, mill-Istati Membri, u mis-settur privat
  • jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċitajiet kritiċi identifikati tal-UE
  • jappoġġjaw Suq Uniku Diġitali interkonness, interoperabbli u sigur
  • Icon of stylised money 20% Perċentwal tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li kull pajjiż tal-UE għandu jiddedika għat-tranżizzjoni diġitali

Sħubijiet internazzjonali għad-Deċennju Diġitali

L-UE se tippromwovi l-aġenda diġitali tagħha ffukata fuq il-bniedem fix-xena globali u tippromwovi l-allineament jew il-konverġenza man-normi u l-istandards tal-UE. Se tiżgura wkoll is-sigurtà u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista diġitali tagħha u se tipprovdi soluzzjonijiet globali. Dawn se jinkisbu permezz ta’:

A picture of a handshake
  • l-istabbiliment ta’ sett ta’ għodod li jikkombina l-kooperazzjoni regolatorja, l-indirizzar tal-bini tal-kapaċità u l-ħiliet, l-investiment fil-kooperazzjoni internazzjonali u s-sħubijiet ta’ riċerka
  • it-tfassil ta’ pakketti tal-ekonomija diġitali ffinanzjati permezz ta’ inizjattivi li jlaqqgħu flimkien lill-UE, lill-Istati Membri, lill-kumpaniji privati, lis-sħab tal-istess fehma u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali
  • il-kombinament ta’ investimenti interni tal-UE u strumenti ta’ kooperazzjoni esterna
  • l-investiment f’konnettività mtejba mas-sħab tal-UE, pereżempju permezz ta’ Fond ta’ Konnettività Diġitali possibbli

Oqsma potenzjali ta’ sħubija

  • Wi-Fi symbol 6G
  • Icon of a stylised atom Quantum
  • Icon of a stylised leaf Użu tat-teknoloġija għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali

 

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni dalwaqt se tniedi diskussjoni wiesgħa u proċess ta’ konsultazzjoni, inkluż maċ-ċittadini, dwar il-viżjoni tal-UE u l-prinċipji diġitali billi:

  • Tikkonsulta dwar il-prinċipji diġitali mingħajr dewmien
  • Tiddiskuti u tinvolvi ruħha mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, is-sħab reġjonali u ekonomiċi u soċjali u n-negozji dwar elementi speċifiċi tal-Komunikazzjoni matul l-2021
  • Tniedi forum b’diversi partijiet ikkonċernati dwar il-Kumpass Diġitali

Hi u tibni fuq din il-konċertazzjoni, il-Kummissjoni se timmira li:

  • Tipproponi programm ta’ Politika Diġitali li joperazzjonalizza l-Kumpass Diġitali sa tmiem is-sajf
  • Timxi lejn id-Dikjarazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Prinċipji Diġitali sa tmiem l-2021

 

Dokumenti