Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Progress Microfinance

Żagħżugħ isewwi armarju f'workshop

X'inhi l-faċilità mikrofinanzjarja Progress?

Il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress (Progress Microfinance), imnedija fl-2010, iżżid id-disponibbiltà ta' mikrokrediti - self ta inqas minn €25,000 - biex jinbeda jew jiġi żviluppat negozju żgħir.

Progress Microfinance ma tiffinanzjax direttament lill-imprendituri, iżda tippermetti lill-fornituri ta' mikrokrediti magħżula, fl-Unjoni Ewropea li jżidu s-self lilhom billi:

  • toħroġ garanziji, għalhekk taqsam mal-fornituri r-riskju potenzjali ta' telf
  • tipprovdi finanzjamenti biex iżżid is-self ta' mikrokrediti.

Il-fornituri ta' mikrokreditu jistgħu jkunu banek pubbliċi jew privati, istituzzjonijiet ta' mikrofinanza li mhumiex banek u fornituri ta' mikrokreditu li ma jagħmlux qligħ.

Il-kundizzjonijiet għall-forniment ta' mikroself lill-intraprendituri - l-ammont, iż-żmien, ir-rati ta' imgħax u t-tariffi, kemm iddum biex tikseb self - jiddependu fuq il-fornituri tal-mikrokreditu partikolari.

Il-finanzjament Progress ma jistax jintuża biex ikopri kreditu bħal self kurrenti jew faċilitajiet ta' self għal żmien qasir.

Nista' naċċedi għall-faċilità ta' mikrofinanza Progress?

Iva jekk:

  • tixtieq taħdem għal rasek jew twaqqaf jew tiżviluppa mikrointrapriża (negozju b'inqas minn għaxar impjegati). b'mod partikolari intrapriża soċjali
  • int m'għandekx xogħol
  • m'għadekx parti mis-suq tax-xogħol
  • għandek diffikultà tikseb self konvenzjonali (minħabba li int: mara, ikkunsidrat/a ta' età żgħira jew kbira wisq, membru ta' grupp ta' minoranza, jew għandek diżabbiltà, eċċ).

Kif nista' napplika?

Sib jekk hemmx diġà fornituri ta' mikrokreditu f'pajjiżek. Dawn jistgħu jinfurmawk dwar il-ħtiġijiet u l-proċeduri speċifiċi ta' applikazzjoni. Tista' tibgħat l-applikazzjoni tiegħek għall-mikroself direttament lilhom.

Sir fornitur ta' mikrokreditu ma' Progress Microfinance

Progress Microfinance, huwa appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ewropew għall-Investiment, u mmexxi mill-Fond ta' Investiment Ewropew.

Ara wkoll

Programmi oħra ta' mikrofinanzjament

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+