Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

X'inhi l-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa?

Kard bla ħlas li tagħtik aċċess għall-kura tas-saħħa pprovduta mill-Istat li tkun medikament meħtieġa matul soġġorn temporanju fi kwalunkwe wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Lichtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess prezz (b'xejn f'xi pajjiżi) għal nies li huma assigurati f'dak il-pajjiż.

Il-kards jinħarġu mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

Importanti – il-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa:

  • mhijiex alternattiva għall-assigurazzjoni tal-ivjaġġar. Ma tkoprix kwalunwke kura tas-saħħa privata jew spejjeż bħal titjiriet ta' ritorn lejn il-pajjiż ta' residenza tiegħek jew proprjetà mitlufa/misruqa,
  • ma tkoprix l-ispejjeż tiegħek jekk inti qed tivjaġġa għall-għan espliċitu li tiksebkura medika,
  • ma tiggarantixxix servizzi bla ħlas. Minħabba li s-sistema tas-saħħa ta' kull pajjiż hija differenti, servizzi li huma bla ħlas fil-pajjiż fejn tgħix inti jistgħu jkunu bi ħlas f'pajjiż ieħor.

Jekk jogħġbok innota: meta ċċaqlaq ir-residenza abitwali tiegħek f'pajjiż ieħor, għandek tirreġistra bil-formola S1 minflok ma tuża l-EHIC biex tirċievi l-kura medika fil-pajjiż il-ġdid ta' residenza tiegħek.