Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Dwar dan is-Sit

Dawn huwa s-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk jogħġbok uża l-formola ta' kuntatt jekk għandek mistoqsijiet ġenerali jew kummenti dwar it-tagħrif provdut fuq dan is-sit web. 

Il-politika tagħna dwar il-lingwa 

Is-sit web tagħna huwa konformi mal-linjigwida ġenerali tal-lingwa li huma stipulati għal EUROPA. Kemm jista' jkun nippruvaw nippubblikaw t-tagħrif fi 23 lingwa ta' l-UE. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet ta' traduzzjoni u l-fatt li ċerti oġġetti (per eż. l-aħbarijiet) huma ristretti bil-ħin, xi informazzjoni hija disponibbli biss bl-Ingliż, Franċiż u Ġermaniż.   

Il-leġiżlazzjoni u dokumenti uffiċjali oħra huma disponibbli fil-lingwi kollha ta' l-UE mis-sit tal-Kummissjoni Ewropea EUR-Lex.  

Privatezza

Dan is-sit web juża Google Analytics, servizz web ta' analiżi provdut minn Google, Inc. (“Google”).  Google Analytics juża “cookies", li huma fajls b'test li jitpoġġew fuq il-kompjuter tiegħek biex jgħinu lis-sit web janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni (li tinkludi l-indirizz tal-protokoll tal-internet IP tiegħek) dwar l-użu tas-sit web li tinħoloq mill-cookies se tiġi trażmessa u maħżuna minn Google fuq servers  fl-Istati Uniti. Google se juża din l-informazzjoni biex jivvaluta l-użu tiegħek ta' dan is-sit web, jiġbor rapporti għall-operaturi tas-sit web dwar l-attività li seħħ fuqha u jipprovdi servizzi oħra relatati mal-attività tas-sit web kif ukoll l-użu tal-internet. Google jista' wkoll jibgħat din l-informazzjoni lill-partijiet terzi, fejn ikun mitlub mil-liġi jew fejn partijiet terzi simili jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Google mhux se jassoċja l-indirizz IP tiegħek ma tagħrif ieħor miżmum minn Google. Tista' tirrifjuta li tuża l-cookies billi tagħmel it-tibdil neċessarju fuq il-brawżer tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel dan it-tibdil, jista' jkun li ma jkollokx aċċess għall-funzjonalità sħiħa tas-sit web. Meta tuża dan is-sit web, inti tkun qed tagħti permess lil Google biex jipproċessa l-informazzjoni dwarek, għall-għanijiet u bil-mod li ġie stipulat hawn fuq. 

Link ma din il-websajt

Links mad-DĠ għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jinħolqu minn kwalunkwe websajt diment li ma jitpoġġewx f’kuntest li jista’ jwassal sabiex l-utenti jemmnu li d-DĠ jawtorizza jew jappoġġa l-miri jew il-kontenut tal-websajt l-oħra, jew tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda timmaniġġjaha. 

Malli tkun ġiet stabbilita link, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lill-webmaster tad- DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u  l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+