Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

L-assi PROGESS ta' EaSI

L-assi PROGESS ta' EaSI

L-immodernizzar tal-politiki soċjali u tax-xogħol

L-assi PROGRESS ta' EaSI jgħin lill-UE u l-pajjiżi tagħha biex itejbu l-politiki fi tliet taqsimiet tematiċi:

Objettivi

  • L-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' għarfien kumparattiv u analitiku.
  • L-iffaċilitar ta' skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, it-tagħlim reċiproku u d-djalogu.
  • L-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu ttestjati l-innovazzjonijiet tal-politika soċjali u tas-suq tax-xogħol.
  • L-għoti ta' appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet biex iżidu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' strumenti u politiki tal-UE.

Min jista’ jipparteċipa?

L-assi PROGESS ta' EaSI huwa miftuħ għall-korpi, l-atturi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati kollha, u b’mod partikolari:

  • l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;
  • is-servizzi tax-xogħol;
  • il-korpi speċjalizzati previsti skont il-liġi tal-Unjoni;
  • l-imsieħba soċjali;
  • l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;
  • l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-istituti tar-riċerka;
  • l-esperti fl-evalwazzjoni u fil-valutazzjoni tal-impatt;
  • l-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali;
  • il-midja.

Jista’ jappoġġa l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD, l-ILO u ma' korpi oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, u mal-Bank Dinji.

Kif tapplika

L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati huma definiti fi programm ta' ħidma adottat mill-Kumitat tal-Programm.

Biex japplikaw għall-fondi, l-organizzazzjonijiet eliġibbli għandhom iwieġbu għal sejħa għal offerti u/jew għal sejħa għal proposti.

Finanzjament

61% tal-baġit totali ta' EaSI se jiġi allokat għall-assi PROGRESS. Bejn 15 u 20% ta' din il-kwota se tiġi ddedikata għal esperimentazzjoni tal-politika soċjali, bl-għan li jiġi żviluppat il-potenzjal tagħha għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+