Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għad-Drittijiet: l-Istrateġija għal persuni b’diżabilità

Merħba għal Flimkien għad-Drittijiet, il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

87miljun
Persuna fl-UE għandha diżabilità
50%+
Jħossu li hemm diskriminazzjoni kontrihom
50.8%
Għandhom impjieg
40.9%
Jħossu li ma jistgħux ileħħqu ma’ spejjeż mhux mistennija
1 miljun+
taħt il-65 jgħixu ġo istituzzjonijiet.

Minkejja progress f’ħafna oqsma, persuni b’diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ barrieri konsiderevoli fl-aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, impjiegi, attivitajiet ta’ divertiment u parteċipazzjoni fil-ħajja politika.

Din il-kwistjoni hi ta’ tħassib mhux biss għal persuni b’diżabilità jew għal gruppi ta’ għajnuna attiva imma għas-soċjetà in ġenerali.

Kampanji Flimkien għad-Drittijiet biex kulħadd ikun jista’ jgawdi d-drittijiet tiegħu u jgħix bħala ugwali f’Unjoni ta’ Ugwaljanza ġenwina.

L-għan tagħna hu li nuru lil persuni b’diżabilità, lin-network t’appoġġ tagħhom u ċ-ċittadini in ġenerali x’qed tagħmel l-UE biex tassigura li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv.

L-Istrateġija ta’ għaxar snin tal-UE għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Tlett itfal jilagħbu flimkien ferħanin. Tifel għandu s-sindromu ta' Down. Test li jgħid: flimkien għad-drittijiet, #EUDisabilityRights, #UnionOfEquality.

L-Istrateġija ta’ għaxar snin tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li ġġib bidla pożittiva lil ħajjiet ta’ persuni b’diżabilità fl-UE u lil hinn minnha. Kulħadd għandu jkun ħieles minn diskriminazzjoni u jkun jista’ jgawdi d-drittijiet tiegħu ġo Unjoni ta’ Ugwaljanza.  Għandhom ikunu jistgħu jkollhom edukazzjoni tajba, jsibu impjieg, isiefru u jagħmlu għażliet mingħajr barrieri. L-Istrateġija għandha azzjonijiet konkreti ħalli persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom u jkollhom l-istess opportunitajiet bħal kulħadd fil-ħajja. Sir af aktar.

Involvi ruħek

Aħna nemmnu li persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jagħmlu l-għażliet tagħhom stess dwar ħajjithom. U hu għalhekk li din il-kampanja nħolqot b’kollaborazzjoni ma’ persuni b’diżabilità u mas-sostenituri tagħhom

Aħna nħeġġu lil kulħadd biex jinvolvi ruħu u jirreġistra fil-lista tad-distribuzzjoni biex jirċievu l-aħħar aġġornamenti dwar il-kampanja.

Kull vuċi hi importanti, kull klikkjatura tgħodd

Issieħeb mal-komunità tagħna, sir sostenitur.

Iltaqgħa mal-Promoturi tagħna

Il-Promoturi tagħna huma ambaxxaturi għall-kampanja u jippromwovuha mal-Ewropa kollha. Huma nies influwenti u persuni b’diżabilità bil-pożizzjoni tagħhom dwar l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom u x’hemm bżonn isir biex jassiguraw li jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet kollha miftuħa għalihom.

Iltaqgħa mal-promoturi.

Media

Trid tgħid l-istorja tagħna? Tippromwovi l-kampanja jew kemm tfittex iktar? Tista’ taċċessa materjal u s-sett ta’ għodod tal-media fuq it-Taqsima tal-media.

Ixxerja din il-paġna