breadcrumb.ecName

Bażi tad-Data tal-Proġetti

L-aħħar Proġetti

Proġetti |
Proġett Interreg - Design4Innovation: L-għajnuna lill-SMEs issir aktar kompetittiva u innovattiva permezz tad-disinn

Il-proġett Design4Innovation stabbilit biex jgħin lill-SMEs isiru aktar kompetittivi billi jinvestu fid-disinn biex jiżviluppaw prodotti u servizzi innovattivi, favur l-ambjent u li jagħmlu qliegħ. Il-proġett wera kif in-negozji jistgħu jadattaw biex iwasslu oġġetti u servizzi f’Ewropa pandemika u ta’ wara l-pandemija.

  el | en | es | lv | nl | pl
Proġetti |
Il-proġett tas-separazzjoni tal-iskart u riċiklaġġ jappoġġja lir-residenti Maltin għal SortItOut

Ir-residenti tal-Gżejjer ta’ Malta kienu appoġġjati biex inaqqsu r-rimi f'miżbliet u jżidu r-riċiklaġġ permezz ta’ SortItOut. Il-proġett iffinanzja tagħmir għall-familji biex jisseparaw l-iskart organiku, il-ħġieġ, prodotti riċiklabbli, skart residwu u sanitarju għal proċessar aktar intelliġenti. Ġew stabbiliti faċilitajiet għall-ġbir separat ta’ materjal riċiklabbli ieħor jew li jagħmel il-ħsara u kampanja edukattiva għallmet lil-pubbliku, speċjalment lit-tfal kif jużawhom. In-nies huma iktar konxji dwar kif l-iskart jiġi użat mill-ġdid u qed jisseparawh għal ekonomija iktar sostenibbli u ċirkolari.

  en
Proġetti |
Il-finanzjament innovattiv itejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini pubbliku taż-żona MED

Sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, il-proġett STEPPING għen lill-awtoritajiet pubbliċi f’seba’ pajjiżi Mediterranji jirrinnovaw u jaġġornaw il-bini tagħhom bl-użu ta’ finanzjament innovattiv fil-forma ta’ kkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija (EPC). Il-proġett ipprovda taħriġ u ħoloq għodod, linji gwida u rakkomandazzjonijiet ta’ politika biex jiġi promoss l-użu tal-EPCs fiż-żona tal-Mediterran.

  el | en | es | fr | it | pt | sl
Proġetti |
CityMobilNet: Pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli għal 11-il belt Ewropea

L-ippjanar tal-mobbiltà huwa element ewlieni ta’ żvilupp urban sostenibbli, u waħda mill-isfidi l-aktar prominenti għall-ibliet Ewropej tal-lum. Il-proġett CityMobilNet, iffinanzjat permezz tal-programm URBACT tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ġabar flimkien 11-il belt Ewropea f’10 pajjiżi biex jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza, jitgħallmu flimkien u, fl-aħħar mill-aħħar, jistabbilixxu pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPs) għal kull belt.

  de | el | en | es | fr | hr | it | pl | pt | ro
Proġetti |
MUŻA: disinn ta’ enerġija netta żero għall-mużew nazzjonali tal-arti ta’ Malta

Il-Berġa tal-Italja storika tas-seklu 16 tinsab fil-belt kapitali ta’ Malta l-Belt Valletta, ġiet trasformata f’bini ekoloġiku, li jirrispetta l-enerġija, li fih hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, jew il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komunità ta’ Malta (MUŻA). Bl-għajnuna tal-fondi tal-UE, il-bini famuż ġie adattat biex jiġġenera l-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu minn sorsi rinnovabbli.

  en
Proġetti |
ADRINET: nippreservaw l-ekosistemi fin-nofsinhar tal-Adrijatiku grazzi għal Interreg

In-nofsinhar tal-Adrijatiku hu taħt pressjoni mit-tniġġis, sajd eċċessiv, sajd illeġali u sajd fantażma – tagħmir abbandunat li jaqbad u joqtol il-ħajja tal-baħar. Imsieħba mill-Albanija, il-Montenegro u r-reġjun ta’ Apulia fl-Italja ssieħbu taħt il-proġett Network Adrijatiku għal Ekosistemi tal-Baħar (ADRINET) iffinanzjat mill-UE biex itejbu l-ġestjoni kostali u jippreservaw il-bijodiversità tal-baħar u l-ekosistemi. Huma ġabru data fuq ir-rotot tas-sajd u t-tniġġis u lestew pjan ta’ ġestjoni tar-riskju ambjentali. Attivitajiet addizzjonali inkludew it-tindif u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ traċċabilità tal-irkaptu tas-sajd.

  en | it
Proġetti |
Aġġornament tal-mapep u d-data spazjali ta’ Malta: għodda l-aktar avvanzata għall-gvern u ċ-ċittadini

Proġett f’Malta ffinanzjat mill-UE ser jissimplifika l-immaniġġjar tad-data u ser juża sistemi f’ħin reali biex jagħmel l-informazzjoni governattiva għall-ippjanar tal-bliet iktar aċċessibbli għall-utenti esterni. Billi jikkonsolida d-data spazjali u jaqsamha b’mod wiesgħa, dan il-proġett jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, is-sostenibbiltà  u l-benessri ta’ Malta.

  en