Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Davide Lecchini, l-attachè għas-sikurezza ta' prodotti tal-ikel u farmakoloġiċi fir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-UE

minn Davide Lecchini, l-attachè għas-sikurezza ta' prodotti tal-ikel u farmakoloġiċi fir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-UE

Il-konferenza ministerjali ta' din il-ġimgħa "Saħħa fil-Mediterran”, organizzata mill-Presidenza Taljana, enfasizzat kwistjonijiet li għandhom impatt fuq is-saħħa pubblika fejn il-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi oħrajn madwar il-Mediterran hi importanti. 

F’dawn l-aħħar ftit xhur, id-dinja ġiet imfakkra b'mod ċar mill-epidemija tal-Ebola u bl-iffaċċjar mill-ġdid tal-poljo u tal-Koronavajrus tas-sindromu respiratorju tal-Lvant Nofsani li l-problemi tas-saħħa ma jiqfux mal-fruntieri.

Fil-ġlieda tagħna kontra theddidiet transkonfinali serji bħal dawn, ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) tad-WHO jipprovdu qafas legalment vinkolanti għall-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu emerġenza għas-saħħa pubblika bi preokkupazzjoni internazzjonali.

Id-Deċiżjoni tal-UE għandha għad-dispożizzjoni strument legali għall-koordinazzjoni tal-azzjoni mal-UE kollha: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar theddidiet serji għas-saħħa bejn il-fruntieri, li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 2013.  Hi tippermetti wkoll l-iskambju tal-informazzjoni permezz ta' sistema ta' twissija u reazzjoni bikrija, u biex naħdmu flimkien dwar valutazzjoni tar-riskju, l-immaniġġjar tar-riskju u l-komunikazzjoni.

Il-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi tal-Mediterran hi importanti, permezz tal-ħidma tagħna dwar ir-reżistenza antimikrobika, pereżempju, u bl-estensjoni tas-sorveljanza tagħna u l-esperjenza tal-laboratorju, filwaqt li neżaminaw mill-ġdid strateġiji komuni għat-tilqim. 

Il-pajjiżi fl-Ewropa u fil-Mediterran qed jiffaċċjaw diversi sfidi komuni tas-saħħa, fosthom, sa ċerti punti differenti, il-piż doppju ta' mard kroniku relatat mad-dieta u n-nuqqas ta' attività fiżika u ta' diżordnijiet ikkawżati minn nuqqasijiet nutrittivi.

Iffurtunati li bosta mill-ingredjenti tradizzjonali, il-metodi tat-tisjir u d-dieti tal-pajjiżi tagħna huma biex nibdew tajbin għas-saħħa. Bosta huma karatterizzati b'konsum għoli ta' frott u ta' ħxejjex, b'konsum ta' ħut, u billi jagħtu preferenza lill-prodotti tal-ħalib b'kontenut baxx ta' xaħam, iż-żerriegħa sħiħa, il-laħam u t-tjur dgħif, u ż-żjut veġitali bħala sostituzzjoni ta' xaħmijiet solidi.

Jekk inqisu dawn l-eżempji tajbin u nagħmlu ħilietna biex intejbu l-aċċess għal dieti tajbin għas-saħħa, nistgħu nipprovdu lil uliedna b'bidu bla ħsara għal saħħithom fil-ħajja. Nutrizzjoni adegwata se tiżgura s-saħħa, l-iżvilupp u l-potenzjal taż-żgħażagħ fl-Ewropa u fil-Mediterran.

Il-migrazzjoni u s-saħħa huma sfida oħra komuni fejn l-UE u l-pajjiżi mhux tal-UE fil-Mediterran qed jiffaċċjaw flussi kbar mhux mistennija ta' migranti, refuġjati u ta' persuni li qed ifittxu asil li bosta minnhom jeħtiġilhom ħiġijiet partikulari tas-saħħa. Dan jikkostitwixxi t-tielet piż serju li ma nistgħux nissottovalutaw u li jeħtieġlu jiġi indirizzat b'mod konġunt, billi jiġu mobilizzati r-riżorsi meħtieġa f'qafas komuni. Saħħa li tmur għall-agħar u mwiet u tbatija bla bżonn ukoll dovuti għall-inkwiet attwali f'diversi żoni fir-reġjun huma wkoll tassew l-għedewwa komuni ewlenin tagħna u jeħtiġilna noħolqu strateġiji komuni biex niġġilduhom u nirbħu r-riskju li jimponu fuq is-soċjetajiet tagħna.

Din il-konferenza timmarka pass importanti 'l quddiem lejn kooperazzjoni akbar, titjib fl-iskambju tal-informazzjoni u tal-prattika tajba fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi.    

Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa fil-Mediterran

Aktar dwar din it-tema