Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat taqsam il-benefiċċji tal-UE mal-pajjiżi ġirien, biex b’hekk jissaħħu l-istabbiltà, is-sigurtà u l-benessri.

Id-DĠ ECFIN jikkontribwixxi għall-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) billi:

Kopertura ġeografika

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat tapplika għal xi wħud mill-ġirien immedjati tal-UE bl-art jew bil-baħar. Ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi ġirien oħra huma koperti minn ftehimiet differenti.

L-Ewropa tal-Lvant

Il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq

Il-benefiċċji

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) toffri l-possibbiltà lill-pajjiżi msieħba li jipparteċipaw f'attivitajiet tal-UE permezz ta' kooperazzjoni ikbar fil-qasam tal-politika, is-sigurtà, l-ekonomija u l-kultura.

Fejn tidħol l-ekonomija, il-PEV toffri lill-pajjiżi ġirien relazzjonijiet ta' kummerċ preferenzjali , sehem fis-suq intern tal-UE, konnessjonijiet imtejbin ta' infrastruttura mal-Unjoni (partikolarment l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet), il-possibbiltà li jipparteċipaw f'għadd ta' programmi tal-UE, u għajnuna finanzjarja u teknika miżjuda.

Minbarra l-assistenza għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-pajjiżi ġirien huma eleġibbli wkoll għal Assistenza Makrofinanzjarja (AMF), forma ta' assistenza finanzjarja ta' emerġenza għall-pajjiżi li jesperjenzaw kriżi ta' bilanċ tal-pagamenti.

Partenarjat strateġiku

Fil-qalba tal-PEV hemm il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-pajjiżi msieħba. Dawn id-dokumenti politiċi jistipulaw l-għanijiet strateġiċi tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-viċinat u l-UE. Il-Pjanijiet ta' Azzjoni joħorġu b'lista komprensiva ta' prijoritajiet li jkunu ġew miftiehma b'mod konġunt biex jiġu implimentati minn kull pajjiż u l-UE. It-tkattir tat-tkabbir ekonomiku permezz tat-titjib fil-kundizzjonijiet għal investiment sostnut u kisbiet fil-produttività huwa prijorità ewlenija.

Id-DĠ ECFIN imexxi djalogi ekonomiċi regolari bħala parti sħiħa tal-PEV. Din hi l-okkażjoni ewlenija għall-UE u l-pajjiżi msieħba tagħha biex jiddiskutu l-iżviluppi makroekonomiċi, il-politika monetarja u fiskali, l-iżviluppi tas-settur finanzjarju u r-riformi strutturali.

Id-djalogi huma skambju reċiproku. Jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-fehim tagħha tas-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiżi msieħba tal-PEV u tgħin lil dawn il-pajjiżi biex japprofondixxu l-fehim tagħhom tal-iżviluppi fl-UE.

Huma wkoll opportunità biex jiġu diskussi prijoritajiet ta’ riforma u biex jiġi rivedut il-progress li jkun sar lejn il-kisba ta’ għanijiet ta’ riforma ekonomika u strutturali miftiehma fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV. Id-djalogi ekonomiċi jseħħu kull sena, b’alternanza bejn Brussell u l-belt kapitali tal-belt imsieħba.

Politiki relatati

Il-PEV hi komplementata b'politiki ta' kooperazzjoni ekonomika b'dimensjoni politika u soċjali akbar, bħall-Partenarjat tal-Lvant, il-Partenarjat Ewro-Mediterranju u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed.

Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Monetarju Internazzjonali.

L-UE taħdem ukoll f’kooperazzjoni ma’ msieħba oħra, bħall-pajjiżi tal-G8, biex jitjiebu l-benessri u jogħlew l-istandards tal-għajxien tan-nies fil-pajjiżi ġirien tagħha.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test