Politika

Fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi tal-UE u li mhumiex tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika, l-UE għandha l-għan li:

  • titrawwem saħħa tajba fl-UE u lil hinn minnha
  • tindirizza l-iżbilanċi tas-saħħa bejn il-pajjiżi u r-reġjuni fi ħdan l-UE
  • tqajjem għarfien dwar kwistjonijiet globali ta’ saħħa, bħala parti mill-politika tas-saħħa pubblika globali tagħha
  • tippromwovi prinċipji, standards u leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja għas-saħħa pubblika.

Dawn l-għanijiet huma indirizzati permezz ta’ diversi politiki u kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti.

Tkabbir tal-UE 

L-UE tagħti pariri lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali dwar il-politika tas-saħħa tal-UE, u tivvaluta l-progress li dawn qed jagħmlu fl-inkorporazzjoni fil-leġiżlazzjoni tagħhom tar-regoli tal-UE dwar il-politika tas-saħħa. Il-“kapitoli” rilevanti tan-negozjati tal-adeżjoni huma:

  • Is-saħħa pubblika – kapitolu 28 dwar il-konsumatur u l-protezzjoni tas-saħħa
  • Il-farmaċewtiċi – kapitolu 1 dwar il-moviment ħieles tal-merkanzija.

Il-pajjiżi li qed iħejju biex jissieħbu fl-UE DeutschEnglishfrançais

Politika Ewropea tal-Viċinat

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hi maħsuba biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn l-UE u l-pajjiżi fuq il-fruntieri tagħha fil-Lvant u n-Nofsinhar. Il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa huma diskussi f’negozjati għal Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-ENP, u jittieħdu passi biex jiġu armonizzati r-regoli u tinbena l-kapaċità fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex mill-UE

L-UE għandha ftehimiet bilaterali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ma’ ħafna pajjiżi li mhumiex tal-UE madwar id-dinja li jistabbilixxu qafas ġenerali għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika. Il-ftehimiet iservu wkoll bħala bażi għall-kooperazzjoni bilaterali bejn pajjiżi individwali tal-UE u l-pajjiż li mhumiex tal-UE.

Fejn meħtieġa kooperazzjoni aktar teknika, il-Kummissjoni Ewropea (DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi) tista’ tidħol fi ftehimiet settorjali ma’ ministeri nazzjonali p.e.

Ftehim dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel bejn l-UE u r-Russja Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Ftehim dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel bejn l-UE u ċ-Ċina Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Kooperazzjoni reġjonali

Biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali dwar is-saħħa pubblika, l-UE tappoġġa n-netwerking bejn il-pajjiżi tal-UE u l-ġirien tagħhom li mhumiex tal-UE:

  • Is-Sħubija b'Dimensjoni Nordika fis-Saħħa Pubblika u l-Benessri Soċjali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • In-Netwerk tas-Saħħa tax-Xlokk tal-Ewropa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • Is-Sħubija Ewro-Mediterranja DeutschEnglishfrançais

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tippermetti żvilupp, implimentazzjoni, u promozzjoni tal-aġenda tas-saħħa pubblika tal-UE, skambju ta’ soluzzjonijiet dwar il-politika tas-saħħa, l-esperjenzi u t-tweġibiet fil-livell dinji. Din hi prinċipalment mad-WHO (u b'mod partikulari l-uffiċċju Reġjonali Ewropew), kif ukoll in-Nazzjonijiet Uniti u l-entitajiet speċjalizzati l-oħrajn tagħhom.

Barra minn hekk, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard English u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini English għandhom programmi internazzjonali attivi.