Mogħdija tan-navigazzjoni

2012

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

Int ġurnalist interessat fis-saħħa?

Merħba

Il-ħames edizzjoni tal-Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa tat premijiet lil dawn l-artikli:

L-ewwel Premju

Henk Blanken: “Carel's head Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) Nederlands (nl) ” (Dagblad van het Noorden, Il-Pajjiżi l-Baxxi) 

Dan l-artiklu jiffoka fuq l-isforz ta' raġel ta' erbgħin sena biex jiġġieled il-marda tal-Parkinson's permezz tal-operazzjonijiet.

It-tieni Premju:

Christiane Hawranek u Marco Maurer: “The Patient Traffickers Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ” (Die Zeit, Il-Ġermanja)

L-artiklu jiffoka fuq ir-relazzjoni bejn l-aġenziji dubbjużi tat-turiżmu mediku u l-isptarijiet Ġermaniżi.

It-tielet premju:

Mette Dahlgaard: “Am I killing someone? Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) italiano (it) ” (Berlingske, Denmark)

Dan l-artiklu jirrakkonta l-istorja ta' donatur tal-isperma li huwa responsabbli li jgħaddi forma serja ta' kanċer lil nofs uliedu.

Aqra wkoll l-artikli tal-finalisti tal-edizzjoni tal-2013 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u ara l-filmat u l-istampi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tal-ikla ta' merħba u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet.

Booklet 2013Għal darb'oħra din is-sena, il-Premju kkontribwixxa biex ta spinta lill-ġurnaliżmu ta' kwalità għolja li jqajjem sensibbilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma' inizjattivi ta' politika tas-saħħa u relatati mal-pazjenti fil-livell tal-UE. It-28 artiklu nnominat jinsabu fi ktejjeb attraenti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (bl-Ingliż biss).

Fl-2013, fil-kompetizzjoni pparteċipaw 629 ġurnalist mit-28 pajjiż tal-UE kollha u ppreżentaw 858 artikolu eleġibbli ppubblikati fil-midja stampata jew onlajn bejn l-1 ta' Awwissu 2012 u t-30 ta' Settembru 2013.

L-ewwel Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa ngħata fl-2009. Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjonijiet huma:

  • 2012: Petr třešňák (ir-Repubblika Ċeka), b'artiklu dwar is-saħħa mentali "Adventures in ward 14 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel čeština (cs) English (en) ", ippubblikat fir-rivista Respekt.
  • 2011: Ben Hirschler u Kate Kelland (ir-Renju Unit), b'artiklu dwar ir-reżistenza tal-mikrobi "When the drugs don't work Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ", ippubblikat minn Reuters.
  • 2010: Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari (l-Italja), b'artiklu dwar iċ-ċelloli staminali "Stealing hope Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) italiano (it) ", ippubblikat f'Panorama.
  • 2009: Estelle Saget (Franza), b'artiklu "Schizophrenia explained to family and friends Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) français (fr) ", ippubblikat f'L'Express.

Il-Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa huwa ffinanzjat mit-tieni Programm Komunitarju għas-Saħħa 2008-13.

L-aħħar aġġornament: 05/05/2014 | Fuq