Kampanji kontra t-tabakk tal-UE

29% tal-Ewropej ipejpu, u t-tipjip jibqa' l-akbar kawża ta' mewt jew mard li jista' jkun evitat fl-UE. 31% ta' dawk li jpejpu ppruvaw jieqfu jpejpu f'dawn l-aħħar 12-il xahar.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha storja ta’ ħidma fil-qasam ta’ prevenzjoni u waqfien mit-tipjip, minbarra kontroll tat-tabakk b’mod aktar wiesa’.

F’dawn l-aħħar snin għadd ta’ kampanji ġew żviluppati li jfittxu li jindirizzaw il-piż tal-konsum tat-tabakk madwar l-Ewropa.

Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn (2011-2013)

lowgo

udjenza fil-mira

persuni li jpejpu li għandhom bejn il-25 u l-34 sena (28 miljun Ewropew)

Għan

  • Tinkoraġġixxi liċ-ċittadini biex jieqfu jpejpu u tgħinhom jaqtgħu t-tipjip
  • Tqajjem kuxjenza dwar il-perikli tat-tabakk
  • Tikkontribwixxi għall-għan fuq medda ta' żmien tal-Kummissjoni tal-UE għal Ewropa bla tipjip

Ikkowċjar onlajn

L-iCoach hu l-qofol tal-kampajna "Dawk li jaqgħtu t-tipjip ma jżommhom xejn" din hi pjattaforma diġitali ta' kkwoċjar tas-saħħa li tgħin lil min ipejjep jieqaf bil-pass tiegħu immedjatament, jew fil-futur qarib.

Min ippejjep fil-pajjiżi kollha tal-UE għad għandu aċċess bla ħlas għall-iCoach fil-lingwa tiegħu permezz tal-paġni tal-Facebook nazzjonali. L-iCoach janalizza ix-xejra tat-tipjip u jipprovdi pariri apposta, ta' kuljum.

“iCoach" bħala app mobbli

Link għall-app mobbli app mobbliKodiċi QR li jieħdok għall-app
qrcode

Aħbarijiet u avvenimenti

Il-kampanja tinkludi wkoll avvenimenti pubbliċi nazzjonali u marbuta mal-istampa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Fatti ewlenin u infografika tal-kampanja

infografika

Klipps tat-TV 2013

oħtibenmissier
OħtiIbniMissieri

L-UE u l-FC Barċellona jingħaqdu flimkien kontra t-tipjip

ieqaf pejjep ma' Barça

HELP - Għal ħajja mingħajr tabakk (2005-2010)

Il-kampanja preċedenti, "HELP - Għal ħajja mingħajr tabakk Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ", li saret bejn l-2005 u l-2010, iffukat fuq il-prevenzjoni mit-tipjip, il-waqfien mit-tipjip, u t-tipjip passiv, biż-żgħażagħ Ewropej ta' bejn il-15 u l-25 sena fil-mira.