Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Liġi tax-Xogħol

X'inhi l-Liġi tax-Xogħol?

Il-Liġi tax-Xogħol hija ġabra ta' liġijiet li jfissrulek drittijietek u dmirijietek fuq il-post tax-xogħol, sew jekk inti ħaddiem jew inkella jekk tħaddem in-nies miegħek.

Fil-livell Komunitarju, il-Liġi tax-Xogħol tkopri żewġ oqsma ewlenin:

  • Il-kundizzjonijiet tax-xogħol, fosthom il-ħin tax-xogħol, ix-xogħol part-time jew fuq terminu ta' żmien fiss, u l-istazzjonament tal-ħaddiema
  • L-informazzjoni lill-ħaddiema u l-konsultazzjoni magħhom, inkluż f'każi ta' sensji kollettivi u trasferimenti ażjendali. 

Kif taħdem? 

Għal dawn l-aħħar 50 sena, il-Komunità Ewropea stinkat sabiex jinkiseb livell għoli ta' ħaddiema u ta' protezzjoni soċjali, filwaqt li tejbet il-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol u l-koeżjoni ekonomika u soċjali.

F'dan il-qafas, rwol il-Komunità Ewropea (KE) huwa li tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-politika soċjali, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, b'mod partikolari l-Artikoli 136-139.

Għal dan il-għan, il-KE tadotta liġijiet li jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi fil-livell ta' l-UE fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi u l-informazzjoni lill-ħaddiema u l-konsultazzjoni magħhom. L-Istati Membri, imbagħad, jittrasponu l-liġi Komunitarja fil-liġi nazzjonali tagħhom u jimplimentawha, biex b'hekk jiġi garantit livell simili ta' protezzjoni ta' drittijietek u dmirijietek madwar l-UE kollha. L-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-qrati, huma responsabbli mill-infurzar tal-miżuri trasposti fil-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni tikkontrolla t-traspożizzjoni tal-liġi ta' l-UE u, permezz ta' monitoraġġ sistematiku, tiżgura li din tiġi applikata kif jixraq. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha rwol importanti billi ssolvi t-tilwim u tipprovdi pariri ġuridiċi meta l-qrati nazzjonali jistaqsuha dwar l-interpretazzjoni tal-liġi. 

X'inhuma r-riżultati?

L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti minimi tejbet l-istandards tal-ħaddiema u saħħitilhom drittijiethom. Din hija waħda mill-akbar kisbiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-politika soċjali.

Fil-bidu, il-liġi tax-xogħol tal-KE kienet tfasslet bil-għan li tiżgura li l-ħolqien tas-Suq Waħdieni ma jwassalx biex jitbaxxew l-istandards tal-ħaddiema jew biex jinħolqu distorzjonijiet fil-kompetizzjoni.

Illum, il-liġi tax-xogħol għandha wkoll sehem ewlieni billi tiżgura li jkun hemm livell għoli ta' nies jaħdmu flimkien ma' tkabbir ekonomiku sostenut li jkun akkumpanjat minn titjib kontinwu fil-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+