L-istorja tal-politika
1957 - 1987
- 1957 - il-politika reġjonali toriġina fit-Trattat ta' Ruma li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.
- 1968 - Jinħoloq id-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea.
- 1975 - jinħoloq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
1988 - 1992
-
1988 - bil-wasla tal-Greċja (1981), Spanja u l-Portugall (1986), il-Fondi Strutturali jiġu integrati f'poltika ta' koeżjoni wiesgħa, li tintroduċi dawn il-prinċipji ewlenin:
- enfasi fuq l-ifqar reġjuni u dawk l-iktar żvantaġġati
- programmar multi-annwali
- orjentazzjoni strateġika tal-investimenti
- involviment ta' msieħba reġjonali u lokali
- Baġit: ECU 64 biljun
1994 - 1999
-
1993 - it-Trattat ta' Maastricht jintroduċi tliet affarijiet ġodda:
- il-Fond ta' Koeżjoni
- il-Kumitat tar-Reġjuni
- il-prinċipju tas-sussidjarjetà
- 1993 - jinħoloq l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd
- 1994-99 - jirduppjaw ir-riżorsi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni, biex jilħqu terz tal-baġit.
- 1995 - jiżdied għan speċjali favur l-appoġġ ta' reġjuni b'popolazzjoni baxxa fil-Finlandja u l-Iżvezja.
- Baġit: ECU 168 biljun
2000 - 2006
- 2000 - l-"Istrateġija ta' Liżbona" tiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-innovazzjoni. Il-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni jinbidlu biex jirriflettu dan.
- 2000-04 - l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni jipprovdu finanzjament u għarfien espert lill-pajjiżi li qed jistennew li jissieħbu fl-UE
- 2004 - jingħaqdu għaxar pajjiżi ġodda (il-popolazzjoni tal-UE tiżdied b'20%, iżda l-PGD b'5% biss).
- Baġit: €213 biljun għall-15-il pajjiż eżistenti; €22 biljun għall-pajjiżi membri l-ġodda (2004-06)
2007 - 2013
- 2007: Il-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-Unjoni Ewropea
- 2013: Il-Kroazja tissieħeb mal-Unjoni Ewropea
- Regoli u strutturi ssimplifikati
- Enfasi fuq it-trasparenza u l-komunikazzjoni u aktar attenzjoni fuq it-tkabbir u l-impjiegi huma elementi essenzjali tar-riforma
- Oqsma kruċjali ta’ investiment (25% tal-baġit destinati għar-riċerka u l-innovazzjoni, u 30% għall-infrastruttura ambjentali u miżuri kontra t-tibdil fil-klima)
- Baġit: €347 biljun
- Kisbiet
2014 - 2020
- Ninvestu sabiex nilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea
- Prijoritajiet ewlenin
- Regoli armonizzati
- Aktar enfasi fuq l-inklużjoni soċjali u l-indirizzar tal-qgħad taż-żgħażagħ
- Objettivi u riżultati
- Baġit: €351 biljun