Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana
Stqarrija tal-missjoni
Il-missjoni tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni Ewropea għall-Politika Reġjonali u Urbana hi li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jnaqqas id-differenzi bejn il-livelli tal-iżvilupp tar-reġjuni u l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. B'dan il-mod il-politika tikkontribwixxi b'mod pożittiv għar-rendiment ekonomiku ġenerali tal-UE.
It-tnaqqis tad-differenzi jeħtieġ politika ta' koeżjoni li tippromwovi titjib kostanti fil-kompetittività u l-impjiegi. Permezz tal-kofinanzjament ta' proġetti ta' infrastrutturi, l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, it-tħaffif tat-trasferiment tal-għarfien espert, il-fiduċja fin-nies u t-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana jgħin lir-reġjuni li huma inqas għonja jew li għandhom problemi strutturali biex itejbu l-kompetittività u biex jilħqu rata iktar mgħaġġla ta' żvilupp ekonomiku b'mod sostenibbli. Il-politika hi għalhekk espressjoni importanti tas-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.
Id-Direttorat Ġenerali jiġġestixxi tliet Fondi ewlenin:
- il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, li jopera fl-Istati Membri kollha, jikkofinanzja l-investimenti – dan il-fond jikkonċentra ħafna fir-reġjuni li għandhom il-PGD per capita l-iktar baxx.
- il-Fond ta' Koeżjoni li jikkofinanzja l-proġetti ambjentali u tat-trasport f’dawk l-Istati Membri fejn il-PGD per capita huwa taħt id-90% tal-medja tal-Komunità;
- l-Istrument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jgħin lill-pajjiżi kandidati biex jiżviluppaw in-netwerks tat-trasport u jtejbu l-infrastruttura ambjentali.
Minbarra dawn it-tliet fondi, id-DĠ huwa responsabbli wkoll għal:
- l-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), li hu dedikat għal intervent bikri fil-każ ta' diżastri kbar, biex jipprovdi l-għajnuna mill-iktar fis possibbli;
- il-grupp ta' koordinazzjoni dwar ir-reġjuni ultra-periferali, li jinkuraġġixxi l-azzjonijiet Komunitarji biex jiġu implimentati miżuri li jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni żvantaġġjata tar-reġjuni l-iktar imbiegħda, skont l-Artikolu 299(2) tat-Trattat;
- il-ġestjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-Fond Internazzjonali għall-Irlanda li, flimkien mal-programm PEACE fil-Fondi Strutturali, għandu l-għan li jwassal għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq.
Id-DĠ għall-Politika Reġjonali għandu l-għan li jwassal (1) politiki strutturali effiċjenti u effettivi li (2) jagħtu benefiċċji lil, u jinftiehmu miċ-ċittadini Ewropej, (3) jikkontribwixxu direttament għall-ħolqien tal-kondizzjonijiet għat-tkabbir li jirnexxi tal-Unjoni Ewropea u (4) li jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Il-Kummissarju Johannes Hahn
għandu r-responsabbiltà politika għall-politika reġjonali.
Aktar informazzjoni
- Organigramma tad-DĠ Politika Reġjonali

- Pjan Annwali tal-Ġestjoni (2012)
- Pjan ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni (2012)

- Rapport Annwali tal-Attività (2010)

Edizzjonijiet mgħoddija
Pjan ta' Gestjoni 
- 2012 -
- 2011 -
- 2010 -
- 2009 -
- 2008 -
- 2007 -
- 2006 -
- 2005 -
- 2004 -
- 2003 -
- 2002 -
- 2001 -
- 2001 -
(Half-term review June 2001)
AAR (Annual Activity Report) 
- 2012 -
- 2011 -
- 2010 -
- 2009 -
- annex 3
- 2008 -
- annex 1-3
/ annex 4
/ - annex 5
/ annex 6
- 2007 -
- annex 1-3
/ annex 4 
Pjan ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni 
L-Istrategija Politika Annwali tal-Kummissjoni u l-Pjanijiet ta' Gestjoni Annwali


