Mogħdija tan-navigazzjoni

L-IMI se jiġi estiż għal tliet oqsma legali ġodda

  • Akkwist Pubbliku

Se jiġi varat proġett pilota f’April 2015, kif previst fid-Direttivi l-ġodda dwar l-Akkwist Pubbliku (2014/24/UE u 2014/25/UE), għall-appoġġ tal-iskambju ta’ informazzjoni għall-verifika tal-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-offerenti, jew il-konformità tagħhom mal-istandards tal-kwalità u ambjentali.

  • Ritorn ta’ Oġġetti Kulturali

F’Diċembru 2015, wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/60/UE, l-IMI se tgħin lill-awtoritajiet biex jiskambjaw informazzjoni dwar oġġetti kulturali li tneħħew illegalment mit-territorju tagħhom.

  •  Infurzar tad-Direttiva dwar il-Kollokament tal-Ħaddiema

L-IMI se tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni għall-infurzar transkonfinali ta’ multi u penali fil-qasam tal-kollokament tal-ħaddiema, minn Ġunju 2016, skont id-Direttiva 2014/67/UE. Din id-Direttiva tikkonsolida wkoll l-użu tal-IMI għal skambju ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-ħaddiema kollokati, ittestjat mill-2011 fi proġett pilota.

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.