Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Sit web uffiċjali tal‑UE

Din il-paġna hija disponibbli b’dawn il-lingwi:

Użu tal-IMI


L-ewwel darba fuq l-IMI?

Kif għandi mmexxi l-awtorità tiegħi fl-IMI

Dawn id-dokumenti li ġejjin se jgħinuk f’ħidmietek u jwieġbu xi mistoqsijiet li jistgħu jqumu waqt it-tmexxija tal-awtorità tiegħek minn jum għal ieħor:

Kif tittratta talbiet ta’ informazzjoni

Il-flussi standard kollha tar-rikjesti fl-IMIpdf — ibgħit, aċċettar, tweġib jew tmexxija ta’ rikjesti - huma spjegati f’sett qasir ta’ slajds tal-PowerPoint.

Hawn taħt għandek issib xi pariri li jistgħu jkunu utli meta tittratta rikjesti ta’ informazzjoni:

Sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn żewġ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi differenti, l-IMI tagħmel użu minn mistoqsijiet tradotti bil-lest li tista’ tistaqsi lill-oħrajn kif ukoll it-tweġibiet possibbli.

Dawn is-Settijiet ta’ mistoqsijiet qegħdin miġbura fi gruppi skont il-qasam legali li jikkonċernaw.

Il-kompiti tiegħi bħala maniġer ta’ aċċess

Il-kompiti tiegħi bħala koordinatur

L-użu tal-IMI fl-oqsma legali

L-IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi:

Minbarra li tista’ tibgħat talba għal informazzjoni lill-kontraparti tiegħek, tista’:

Tista’ ssib informazzjoni aktar fil-fond fil-gwida tal-utent għall-IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzipdf.

L-IMI u d-Direttiva dwar il-Kummerċ elettroniku:

L-Artikolu 3 fih l-obbligu ta’ avviż dwar ċerti miżuri restrittivi.

Il-linji gwida dwar l-avviżi tal-Kummerċ elettronikupdf jgħinuk b’dan.

L-IMI u d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti:

Il-pazjenti li jkunu qed jikkunsidraw kura medika f’pajjiż ieħor tal-UE jistgħu jitolbu lill-awtorità pubblika rilevanti biex tiċċekkja permezz tal-IMI d-dritt ta’ professjonista tas-saħħa li jipprattika.

Il-linji gwidapdf jgħinuk b’dan.

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI).

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista’ tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m’intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.