Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Michel Van Hoegaerden, il-Maniġer tal-Azzjoni Konġunta għall-Previżjoni u l-Ippjanar tal-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa, is-Servizz Federali Pubbliku Belġjan tas-Saħħa

minn Michel Van Hoegaerden, il-Maniġer tal-Azzjoni Konġunta għall-Previżjoni u l-Ippjanar tal-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa, is-Servizz Federali Pubbliku Belġjan tas-Saħħa

Ma teżistix sistema tal-kura tas-saħħa mingħajr l-għadd ġust ta' ħaddiem tas-saħħa attrezzati bil-ħiliet meħtieġa. L-ippjanar tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa hu meħtieġ għall-immaniġġjar tajjeb tas-sistema tas-saħħa ta' pajjiż. Madankollu, ħafna pajjiżi qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex jistabbilixxu qafas ta' ħidma li jpoġġihom f'qagħda li jiġbru l-informazzjoni rilevanti, biex jintegraw id-dejta f'mudell ta' previżjoni u biex ikollhom id-dibattiti politiċi neċessarji sabiex jadottaw il-miżuri neċessarji biex itejbu s-sostenibilità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom (p.e. l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-istrateġiji tar-reklutaġġ u tar-retenzjoni, l-iżvilupp professjonali kontinwu).

Meħtieġa miżuri fl-Istati Membri kollha.  L-Istati Membri Ewropej tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant qed jiffaċċjaw il-migrazzjoni ta' professjonisti tas-saħħa żgħażagħ, filwaqt li Stati Membri oħrajn qed jiffaċċjaw żbilanċi reġjonali b'nuqqas ta' ħaddiema tas-saħħa fiż-żoni rurali jew remoti, tlaqqigħ ħażin tal-ħiliet, forza tax-xogħol li qed tikber fl-età b'rekluti ġodda insuffiċjenti u dipendenza fuq professjonisti tas-saħħa minn pajjiżi oħrajn. L-Istati Membri jirrikonoxxu l-benefiċċji tal-kollaborazzjoni Ewropea biex jiġu trattati dawn l-isfidi, filwaqt li jaqsmu l-kompetenza tal-esperti u t-tagħrif tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea qed trawwem din il-kooperazzjoni tal-UE permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha għall-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tas-saħħa permezz ta' għadd ta' studji u ta' proġetti.

L-Azzjoni Konġunta għall-Previżjoni u l-Ippjanar tal-Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa, ikkoordinata mill-Belġju u ffinanzjata mit-tielet Programm tas-Saħħa tal-UE, tgħaqqad flimkien it-tagħrif u l-kompetenza tal-esperti mill-Ewropa kollha (30 imsieħeb assoċjat u 59 imsieħeb kollaborattiv minn 28 pajjiż). Dan il-grupp ta’ esperti pproduċa Manwali u Linji gwida, li jiddeskrivu l-metodoloġiji ta’ ppjanar l-aktar avvanzati ta’ 7 pajjiżi. Attwalment dawn qed jiġu ttestjati fi proġett pilota minn dawk li jippjanaw il-forza tax-xogħol fl-Italja u fil-Portugall bi studju tal-fattibbiltà għaddej fil-Ġermanja.

L-Azzjoni Konġunta se tipprovdi wkoll analiżi dwar ħiliet u kompetenzi futuri fis-settur tas-saħħa biex tgħaddi fis-suq tax-xogħol l-informazzjoni meħtieġa fl-Istati Membri biex jiġu definiti l-ħiliet meħtieġa fl-edukazzjoni u fil-politiki tat-taħriġ tal-forza tax-xogħol tagħhom fil-qasam tas-saħħa.

Sal-2016, l-Azzjoni Konġunta se tressaq sett ta' rakkomandazzjonijiet li jsejħu għal sforz sostenut u għal proposti prattiċi. Bis-saħħa tal-finanzjament tal-Programm tas-Saħħa, tal-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-investiment qawwi ta' bosta pajjiżi, tal-organizzazzjonijiet professjonali u tal-partijiet ikkonċernati, sar possibbli djalogu ġdid dwar l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet għall-isfidi korrenti tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa, kruċjali għas-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa.