Din il-paġna hija disponibbli b’dawn il-lingwi:

Formola ta' lment dwar il-ksur tal-liġi tal-UE

1. Dwar din il-formola ta’ lment

Permezz ta’ din il-formola tista’ tressaq ilment kontra ksur tal-liġi tal-UE minn Stat Membru.

Madankollu, jekk jogħġbok innota li x’aktarx l-azzjoni tal-Kummissjoni b’reazzjoni għall-ilment tiegħek mhix se ssolvi b'mod dirett is-sitwazzjoni personali tiegħek:

  1. Il-Kummissjoni mhijiex obbligata li tiftaħ proċeduri ta’ ksur formali – anke jekk tqis li seħħ ksur.
  2. Jekk il-Kummissjoni ssegwi b’mod formali l-ilment tiegħek, l-għan tagħha hu wieħed ġenerali – li tiżgura li l-liġijiet tal-Istat Membru inkwistjoni jsiru konformi bis-sħiħ mal-liġi tal-UE u jiġu applikati b’mod korrett.
    Jekk il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkonferma ksur ta’ liġi tal-UE, l-Istat Membru inkwistjoni jrid jieħu azzjoni, biex jirrimedja l-ksur.

Biex is-sitwazzjoni personali tiegħek tiġi riżolta b’mod dirett, jew biex inti tingħata kumpens, għandek tieħu azzjoni lokalment, fl-Istat Membru kkonċernat.

  • jekk biex tissolva l-problema tiegħek hemm bżonn li titħassar deċiżjoni nazzjonali, dan jista’ jsir biss mill-qrati nazzjonali.
  • jekk qed tfittex kumpens għad-danni, il-qrati nazzjonali biss għandhom is-setgħa li jordnaw lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu l-kumpens.

Il-preżentazzjoni ta’ lment lill-Kummissjoni ma tissospendix il-limiti ta’ żmien biex tinbeda azzjoni legali skont il-liġi nazzjonali.

Jekk għandek bżonn parir dirett, tista’ tikkuntattja lis-servizz ta’ informazzjoni.

  • (meħtieġ)

Nota: L-oqsma mmarkati bi stilla ((meħtieġ)) huma obbligatorji.

 

2. Informazzjoni dwar l-ilmentatur

Jien qed nissottometti dan l-ilment f’isem …(meħtieġ)

Dettalji tar-rappreżentant












Id-dettalji tiegħek / Id-dettalji tal-ilmentatur













Min se jkun il-kuntatt uffiċjali tal-Kummissjoni għall-korrispondenza kollha dwar l-ilment tiegħek? (meħtieġ)

 

3. Dettalji tal-awtorità jew tal-bord li qed tressaq l-ilment kontrih(a)









 

4. Miżuri nazzjonali li hemm is-suspett li qed jiksru l-liġi tal-Unjoni

Elenka l-miżuri nazzjonali speċifiċi (liġi nazzjonali jew miżuri regolatorji jew amministrattivi oħra) li taħseb li jiksru l-liġi tal-UE u speċifika kif jiksru l-liġi tal-UE.


Il-liġi tal-UE li taħseb li ġiet miksura

Il-liġijiet tal-EU (eż. Trattati, regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet) jew prinċipji li fuqhom hi msejsa l-liġi tal-UE.

Jekk m’intix ċert liema liġi tal-UE hi involuta, tista’ tikkuntattja l-Parir tal-Ewropa Tiegħek.


 

5. Deskrizzjoni tal-problema


L-Istat Membru kkonċernat jirċievi (jew jista’ jirċievi fil-futur) finanzjament mill-UE relatat mas-suġġett tal-ilment tiegħek? (meħtieġa)

L-ilment tiegħek hu relatat ma’ ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE? (meħtieġa)


 

6. Dokumenti ta' prova

Jekk jogħġbok elenka kwalunkwe dokumenti ta’ prova / evidenza, li tista’ tibgħat lill-Kummissjoni jekk jintalbu jagħmlu dan.

Innota li ma tistax tehmeż xi dokumenti f’dan l-istadju, iżda nistgħu nikkuntattjawk biex tibgħatilna d-dokumenti jekk meħtieġ.


 

7. Tentattivi preċedenti biex issolvi l-problema

Jekk jogħġbok innota

L-uniku mod kif is-sitwazzjoni personali tiegħek tiġi riżolta b’mod dirett, jew tingħata kumpens, hu li tieħu azzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Dan mhux se jsir mill-proċedura ta’ ksur formali mibdija mill-Kummissjoni.

Diġà ħadt azzjoni fl-Istat Membru kkonċernat biex tipprova ssolvi din il-problema? (meħtieġa)

Liema azzjoni inti diġà ħadt? (meħtieġa)

Għalfejn ma ħadt l-ebda azzjoni biex tindirizza l-problema tiegħek fl-Istat Membru kkonċernat? (meħtieġa)

Jekk jogħġbok innota

Jekk jogħġbok ikkunsidra li tieħu azzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Int tkun tista’ tasserixxi d-drittijiet tiegħek direttament u personalment billi tuża l-mezzi nazzjonali disponibbli għall-ilmenti

Diġà kkuntattjajt xi waħda mill-istituzzjonijiet tal-UE jew is-servizzi li jittrattaw problemi ta’ din in-natura?

Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza (format: XXXX/YYYY) tal-korrispondenza tiegħek mal-Parlament Ewropew:

Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza (format: XXXX/YYYY/AB) tal-korrispondenza tiegħek mal-Parlament Ewropew:

Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza tal-korrispondenza tiegħek mal-Kummissjoni Ewropea:

Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza (format: XXXX/YY/CC) tal-korrispondenza tiegħek ma’ SOLVIT:

Int konxju b’xi azzjoni fl-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-kwistjoni li qajjimt fl-ilment tiegħek?

 

8. Rieżami tad-dejta

Jekk jogħġbok irrivedi d-dejta li tkun daħħalt f’din il-formola qabel ma tibgħatha lill-Kummissjoni Ewropea.

Biex tagħmel kwalunkwe bidla, jekk jogħġbok uża l-buttuna Lura biex tmur fl-aħħar paġni.

 

9. Kontroll ta' sigurtà

Daħħal it-test li qed tara fl-istampa jew kklikkja “Erġa’ pprova” għal kodiċi ġdida:


 

10. Awtorizzazzjoni

Qed nitolbu għal permess biex niżvelaw l-identità tiegħek lill-awtoritajiet li qed tressaq ilment kontrihom.

Din l-awtorizzazzjoni hi opzjonali iżda f’xi każijiet, jekk niżvelaw l-identità tiegħek ikun aktar faċli għalina biex nittrattaw mal-każ tiegħek.

Tawtorizza lill-Kummissjoni li tiżvela l-identità tiegħek fil-kuntatti tagħha mal-awtoritajiet li qed tilmenta kontrihom? (meħtieġa)

Ikklikkja l-buttuna Issottometti biex tibgħat l-ilment tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea.

Wara li tirċievi l-ilment tiegħek, il-Kummissjoni:

  • tirreġistrah u tibgħatlek konferma tal-wasla tal-ilment tiegħek fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol
  • tivvaluta l-ilment tiegħek fi żmien 12-il xahar sussegwenti (jekk il-kwistjoni hi waħda speċjalment ikkumplikata, tista’ ddum aktar)
  • fejn hu xieraq, tipproponi li tittrasferih lill-mekkaniżmu tas-soluzzjoni ta’ problemi l-aktar adattat
  • tinfurmak dwar il-progress tal-ilment tiegħek.