Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Leġiżlazzjoni tal-UE

Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali bdew jeżistu mill-1958 bir-Regolamenti Nri 3 u 4. Ġew aġġornati u estiżi ħafna drabi.

L-aħħar reviżjoni ilha tapplika fl-UE mill-1 ta' Mejju 2010. Din tinkludi dawn ir-regolamenti konsolidati:

Dawn it-testi jinkludu l-modifiki fir-Regolamet (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li saru mir-Regolament (KE) Nru 988/2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012.

Din hija l-ewwel riforma ewlenija mir-regolamenti tas-snin 1970, li kienu applikabbli għal diversi deċennji:

Biex tgħaddi mill-artikoli tal-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq u ssib każistika relatata tal-QĠUE, tista’ tesplora l-bażi tad-data tar-Regolamenti dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Ċittadini li mhumiex mill-pajjiżi tal-UE

Fl-1 ta' Jannar 2011, ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 estenda r-regoli ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE għaċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux membri tal-UE (ċittadini minn pajjiżi terzi) li jgħixu legalment fl-UE u f'sitwazzjoni transkonfinali. Il-membri tal-familja tagħhom u s-superstiti huma koperti wkoll jekk jinsabu fl-UE.

Dan ma japplikax għad-Danimarka.

Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 hu sors ta' drittijiet, pereżempju, fil-każ ta' ċittadin ta' pajjiż terz li ċċaqlaq minn pajjiż tal-UE għal ieħor minħabba x-xogħol, iżda li wliedu baqgħu jgħixu fil-pajjiż preċedenti tal-UE.

L-Iżvizzera

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali japplikaw fl-Iżvizzera mill-1 ta' April 2012.

Iż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea)

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali japplikaw fin-Norveġja, l-Iżlanda, u l-Liechtenstein (il-pajjiżi taż-ŻEE) mill-1 ta' Ġunju 2012.

Ir-Renju Unit

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali m'għadhomx japplikaw għar-Renju Unit u fih mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, id-drittijiet tal-persuni koperti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ konkluż bejn l-UE u r-Renju Unit jibqgħu jiġu protetti.

Għal persuni mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn l-UE u r-Renju Unit hija rregolata mill-Protokoll rilevanti għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Filwaqt li huwa simili għar-regoli tal-UE u komprensiv fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-Protokoll ma jipprevedix livell identiku ta’ protezzjoni bħar-Regolamenti tal-UE.

Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA)

F’Lulju 2019, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) ġiet stabbilita biex tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jiżguraw li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust u effettiv. L-ELA għandha wkoll rwol importanti x’taqdi fl-iffaċilitar u fl-iżgurar tal-mobbiltà effettiva tal-forza tax-xogħol fl-Ewropa.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna