breadcrumb.ecName

Reġjuni mal-Fruntieri tal-UE: Laboratorji ħajjin tal-integrazzjoni Ewropea

Reports

Data: 14 jul 2021

Perjodu: 2014-2020

Tema: Cooperation between regions and countries, Territorial cohesion

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Għalhekk, dan ir-rapport huwa strutturat madwar żewġ taqsimiet. L-ewwel nett, huwa jirrevedi lprogress li sar fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imħabbra fil-pjan ta’ azzjoni talKomunikazzjoni tal-2017. It-tieni, abbażi ta’ ħidma analitika u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u abbażi tat-tagħlimiet meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19, ir-rapport jerġa’ jmur lura għall-pjan ta’ azzjoni tal-2017 biex tiżdied l-effettività tiegħu u jiġi aġġustat għal realtajiet ġodda.

Ma hija proposta l-ebda azzjoni ġdida, iżda l-Kummissjoni Ewropea qed teżamina kif linizjattivi u l-programmi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 jistgħu jintużaw biex jistimulaw l-irkupru taż-żoni tal-fruntieri, li l-ekonomiji tagħhom spiss ġew imfixkla b’mod partikolarment sever mill-kriżi. Ir-rapport iqis ukoll il-fruntieri esterni tal-UE mal-ġirien li għandhom perkors ta’ adeżjoni miftiehem biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.