Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

ta' Dr Peter Liese, MEP, Koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew - l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

ta' Dr Peter Liese, MEP, Koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew - l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Fl-Ewropa aktar minn 2000 stabbiliment jipprovdu sptarijiet u professjonisti mediċi b’tessuti u ċelloli sabiex jgħinu fit-trattament ta’ varjetà kbira ta’ kundizzjonijiet mediċi. Dawn jinkludu l-lewkimja, il-ħarqiet, l-infertilità, l-insuffiċjenza kardijaka jew it-telf tad-dawl. Innovazzjonijiet kontinwi f’dan is-settur li qed jikber malajr jippermettu iktar trattamenti aħjar għall-benefiċċju tal-pazjenti. It-tessuti u ċ-ċelloli huma wkoll il-materjal tal-bidu għal ħafna prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata.

Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea f’dan is-settur importanti hu li tiżgura li l-pazjenti jistgħu jiddependu fuq kwalità u standards għolja ta’ sikurezza applikati fl-UE kollha. Il-leġiżlazzjoni oriġinali li ilha mill-2004 titlob b’mod partikolari għal analiżi bir-reqqa tad-donaturi, l-ittestjar ta’ kull donazzjoni u standards għoljin ta’ trattament/ipproċessar ta’ tessuti u ċelloli. F’dawn l-aħħar għaxar snin, il-Kummissjoni Ewropea żiedet il-leġiżlazzjoni bażika b’regoli u linji gwida ġodda.

F’April il-Kummissjoni adottat żewġ direttivi ġodda, li għandhom jintlaqgħu bil-ħerqa. L-ewwel waħda tiżgura li tessuti u ċelloli importati minn pajjiżi terzi jissodisfaw l-istess standards ta’ kwalità u ta’ sikurezza bħal dawk li joriġinaw mill-UE. It-tieni waħda ttejjeb it-traċċar ta’ sustanzi madwar l-Ewropa, mid-donaturi sar-riċevituri. Sistema ta’ kodifikazzjoni ġdida se tippermetti lill-atturi u l-awtoritajiet iwissu ‘l xulxin u jieħdu azzjonijiet korrettivi kull meta jkun hemm bżonn.

Is-settur tal-bijoteknoloġija attwalment għaddej minn bidliet sinifikanti. Dawn il-bidliet iġibu għadd ta’ sfidi/mistoqsijiet. B’mod partikolari, iqajmu l-kwistjoni ta’ jekk il-qafas regolatorju attwali għadux adattat. Iqajmu wkoll numru ta’ kwistjonijiet etiċi, pereżempju kif il-prinċipju ta’ non-kummerċjalizzazzjoni huwa rispettat fl-UE. Fil-fehma tiegħi, wasal iż-żmien biex jiġi evalwat il-qafas leġiżlattiv (b’mod partikolari t-tessuti u ċ-ċelloli u t-terapiji avvanzati) b’mod olistiku/b’mod komprensiv.

Tissues and cells

Aktar dwar din it-tema