Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Dokumenti uffiċjali

Id-dokumenti uffiċjali li laħqet ftehim dwarhom il-Kummissjoni Amministrattiva u d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha huma disponibbli fuq din il-websajt.

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Ġew addottati għadd ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti l-ġodda (għal deċiżjonijiet eqdem, irreferi għad-dokumenti relatati fuq din il-paġna).

Dokumenti Uffiċjali oħra

Dokumenti elettroniċi strutturati (SEDs)

Ir-regolamenti dwar il-modernizzazzjoni tal-koordinazzjoni  jeħtieġu li d-dejta tiġi skambjata elettronikament bejn l-istituzzjonijiet. Dan se jsir permezz tas-sistema EESSI. Id-Dokumenti Elettroniċi Strutturati (SED) tfasslu biex il-komunikazzjoni tad-dejta bejn l-istituzzjonijiet tkun eħfef u aktar effiċjenti. Matul il-perjodu tranżizzjonali bejn l-1 ta’ Mejju 2010 u d-dħul fis-seħħ tal-produzzjoni tas-sistema EESSI, jistgħu jintużaw verżjonijiet stampati tal-SEDs.

Dokumenti Portabbli (DP)

Taħt il-koordinazzjoni mmodernizzata l-formati stampati tal-E-formoli spiċċaw, iżda f'xi każijiet l-informazzjoni rikjesta minn ċittadin tinħareġ fil-forma ta' dokument portabbli. B'kollox jeżistu għaxar dokumenti portabbli, inkluża l-Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa. Minbarra l-kard, l-oħrajn huma formoli stampati. Se jinħarġu mill-1 ta' Mejju u anke wara l-perjodu ta' tranżizzjoni.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+