Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Applikazzjoni għal karta

Kif tikseb karta?

Tista' tikseb il-karta billi tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa fejn int inxurjat u li hi għalhekk responsabbli biex tkopri l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek.

Min jista’ jibbenefika mill-karta?

Biex tkun eliġibbli għall-karta, inti trid tkun assigurat minn jew kopert b’sistema ta’ sigurtà soċjali tal-istat f’xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Kull membru individwali ta’ familja li tkun qed tivvjaġġa jrid ikollu l-karta personali tiegħu.

Il-persuni mhux mill-UE li qed jgħixu legalment fl-UE u huma koperti bi skema tas-sigurtà soċjali tal-istat huma eleġibbli wkoll għall-karta. Madankollu, iċ-ċittadini ta' pajjiżi mhux tal-UE ma jistgħux jużaw il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għal trattament mediku fid-Danimarka, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera.

X’validità għandha l-karta?

Din tvarja minn pajjiż għall-ieħor u huwa ta’ min wieħed jiċċekkja meta jikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa lokali tiegħu biex jakkwista l-karta.

X'azzjoni tista' tieħu jekk l-awtorità lokali tiegħek tirrifjuta milli tagħtik Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea?

Jekk titlob għal Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, l-awtorità lokali tiegħek hija obbligata li tipprovdilek waħda jew, jekk ma tistax tagħmel dan, tipprovdilek  ċertifikat provviżorju minflokha  jekk il-karta ma tkunx disponibbli minnufih. Jekk ma tagħmilx hekk, inti tista’ tappella.

Jekk m’intix ċert dwar id-drittijiet tiegħek jew teħtieġ informazzjoni dwar kif jiġi żgurat li d-dritt għal EHIC tiegħek huwa rrispettat mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħek, tista’ tikkuntattja lil Pariri tal-Ewropa Tiegħek.

X’azzjonijiet jistgħu jittieħdu jekk l-EHIC tiegħek mhijiex rikonoxxuta barra pajjiżek?

Jekk l-EHIC tiegħek ma tiġix rikonoxxuta mill-awtoritajiet ta' xi pajjiż tal-UE – jew l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera – tista' tistaqsi lill-assiguratur f'pajjiżek jikkuntattja t-tabib jew sptar fil-pajjiż l-ieħor.

Jekk dan ma jsolvix il-problema tiegħek, tista’ titlob għall-għajnuna ta' SOLVIT .

Informazzjoni nazzjonali u kuntatti

kklikkja fuq bandiera biex tiskopri kif tapplika għal Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea ...

Ixxerja din il-paġna