Print








Single Market Award 2010

Video dwar SOLVIT
SOLVIT Documentary







SOLVIT jieħu ħsieb problemi li jseħħu bejn il-fruntieri u li huma frott ta' applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-UE mill-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Istati Membri tal-UE

TISTA' TISSOTTOMETTI L-ILMENT TIEGĦEK LIL sOLVIT PERMEZZ TAL-FORMOLA ELETTRONIKA GĦALL-ILMENTI (JEKK JOGĦĠBOK IKKLIKKJA HAWNHEKK) ONLAJN

Qabel ma tissottometti każ lil solvit, jekk jogħġbok aqra dan it-tagħrif bir-reqqa:

  • Inħeġġuk biex taqra l- istqarrija tal-privatezza qabel ma tibgħatilna l-ilment tiegħek.
  • Jekk jogħġbok innota li jekk skont il-liġi nazzjonali għandek issegwi d-dati tal-iskadenza, meta tissottometti każ lil SOLVIT dawn l-istess dati mhumiex se jiġu affettwati.Per eżempju, meta l-liġijiet nazzjonali jippermettulek li tappella kontra d-deċiżjoni amministrattiva fi żmien tliet xhur, tista' tibgħat l-ilment tiegħek lil SOLVIT dwar id-deċiżjoni meħuda iżda trid tiftaħ l-ilment tiegħek sad-data tal-iskadenza biex ma titlifx dak id-dritt formali.
  • SOLVIT mhuwiex netwerk informattiv jew għall-pariri legali.

    (Għal tagħrif jew parir dwar drittijietek fl-Ewropa, ikklikkja hawnhekk. Jekk jogħġbok innota li jekk inti ċittadin li qed titlob parir dwar drittijietek, se nibagħtu l-mistoqsija tiegħek lin-netwerk imsieħeb tagħna s-Pariri tal-Ewropa tiegħek)

  • SOLVIT ma jieħux ħsieb problemi bejn in-negozji jew bejn il-konsumaturi u n-negozji u lanqas ilmenti dwar l-istituzzjonijiet tal-UE.

    (Għal netwerks li jieħdu ħsieb problemi li mhumiex taħt il-kompetenza ta' SOLVIT, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk)

  • JEKK TIPPREFERI TUŻA L-EMAIL, FAKS JEW IL-POSTA, TISTA' SSIB IL-FORMOLA U L-INDIRIZZI HAWNHEKK.

Stqarrija ta' politika dwar it-trattament tal-każijiet mil-partijiet intermedjarji

Is-servizzi pprovduti mis-SOLVIT huma b'xejn. Is-SOLVIT jittratta lmenti mressqa minn ċittadini jew impriżi, jew minn partijiet intermedjarji li jaġixxu f'isimhom. F'dan il-każ ta' l-aħħar, jekk il-partijiet intermedjarji jitolbu l-ħlas mill-klijenti tagħhom għas-servizzi pprovduti, is-SOLVIT jista' jinsisti li l-klijent isir jaf li s-SOLVIT huwa servizz b'xejn u jista' jkun irid jikkuntattja lill-klijent direttament. Barra minn hekk, jekk il-parti intermedjarja hija konsulent legali, is-SOLVIT jista' jinsisti li l-ilmenti jitressqu flimkien ma' analiżi legali u deskrizzjoni sħiħa tal-fatti rilevanti. SOLVIT jista' jirrifjuta jittratta l-każijiet jekk dawn il-kriterji m'humiex milħuqa jew ma jistgħux jintlaħqu.

Nota legali Importanti | Mappa tas-Sit | Kuntatti | Links utli