Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Pensjonijiet

Diġà żort il-paġna tagħna dwar il-pensjonijiet?

Pensjonijiet koperti mir-regoli tal-UE

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jkopru x-xjuħija, l-invalidità u l-pensjonijiet tas-superstiti. Fil-prinċipju, japplikaw għall-iskemi tal-pensjonijiet tal-istat u mhux għall-iskemi relatati max-xogħol jew dawk privati.

Biex tegħleb l-ostakli għall-moviment liberu relatat ma' dawn il-pensjonijiet supplimentari, il-Kunsill tal-UE adotta d-Direttiva 98/49/KE dwar is-salvagwardja tad-drittijiet għall-pensjonijiet supplimentari tal-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom li jiċċaqalqu fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva għandha ambitu limitat ħafna u tikkonċerna l-preservazzjoni tad-drittijiet għall-persuni li joħorġu minn skema supplimentari, il-ħlas tal-pensjonijiet f'pajjiżi differenti tal-UE u l-possibbiltà għall-ħaddiema ssekondati li jibqgħu affiljati mal-iskema ta' pajjiżhom taħt l-istess kundizzjonijiet li jeżistu taħt ir-regoli ta' koordinazzjoni tal-UE għall-iskemi tal-Istat.

B'mod ġenerali, ir-regoli li japplikaw għall-pensjonijiet għall-konjugi superstiti jew l-orfni huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-pensjonijiet tal-invalidità u tax-xjuħija. Jiġifieri, il-pensjonijiet tas-superstiti għandhom jitħallsu bla ebda tnaqqis, tibdil jew sospensjoni irrispettivament minn fejn jgħixu l-konjugi superstiti fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

L-iskemi statutorji ta' qabel l-irtirar huma wkoll fl-ambitu tar-regoli ta' koordinazzjoni tal-UE. Dan jiggarantixxi li dawn il-benefiċċji se jingħataw lill-migranti taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini iżda jistgħu jiġu wkoll "esportati" meta persuna tirtira barra minn pajjiżha.

Madankollu, il-prinċipju ta' aggregazzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni ma japplikax: dan ifisser li l-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza f'pajjiżi oħra m'għandhomx jitqiesu meta jingħataw dawn il-benefiċċji.

Il-kalkolu tal-pensjoni tiegħek

Jekk il-perjodu li matulu kont assigurat f'pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera mhuwiex biżżejjed biex tikkwalifika għal pensjoni hemmhekk, jiġu kkunsidrati l-perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza li għamilt f'pajjiżi oħra.

Jekk kont kopert għal inqas minn sena, tapplika regola speċjali, peress li xi pajjiżi ma jipprovdux għal pensjoni għal perjodi qosra: ix-xhur ta' assigurazzjoni jew residenza f'pajjiż A, fejn ħdimt għal perjodu qasir ma jintilfux iżda jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tiegħek minn B, C, D eċċ. fejn ħdimt għal perjodu itwal. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Tista' tkun intitolat għall-pensjoni tax-xjuħija tiegħek f'pajjiż wieħed meta tagħlaq 60 sena, iżda jkollok tistenna sa 67 f'pajjiżi oħrajn.

Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, hu importanti li tinforma ruħek minn qabel, mill-pajjiżi kollha fejn ħdimt, dwar is-sitwazzjoni tiegħek jekk iddewwem il-ħlas tal-pensjoni tiegħek.

Jista' jkun hemm effett fuq l-ammonti li titħallas jekk tieħu pensjoni waħda qabel l-oħra. L-istituzzjoni ta' kuntatt, li hi normalment l-istituzzjoni kompetenti tal-pajjiż fejn tgħix, u l-istituzzjonijiet fil-pajjiżi l-oħra jagħtuk iktar pariri. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

It-talbiet tiegħek

Għandek tapplika għall-pensjoni tiegħek fil-pajjiż fejn tgħix, sakemm qatt ma ħdimt fih. "Istituzzjoni ta' kuntatt", normalment istituzzjoni tal-pajjiż fejn tgħix, tieħu ħsieb it-talba għall-pensjoni tiegħek.

L-istituzzjoni ta' kuntatt tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi involuti fit-talba tiegħek għall-pensjoni.

Ladarba l-istituzzjoni ta' kuntatt tiġi mgħarrfa bid-deċiżjonijiet kollha tal-pajjiżi differenti, tibgħatlek nota ta' sinteżi ta' dawn id-deċiżjonijiet (dokument P1).

In-nota ta' sinteżi, id-dokument P1 jagħtik ħarsa ġenerali tad-deċiżjonijiet meħuda minn kull pajjiż dwar it-talba tiegħek. Tinformak bil-mod kif l-istituzzjonijiet trattaw il-perjodi differenti ta' assigurazzjoni u tippermettilek tara, pereżempju, jekk hemmx lakuni bejn il-perjodi ta' assigurazzjoni jew jekk ċerti perjodi jaħbtux flimkien.

Ir-regoli tal-UE jagħtuk id-dritt li titlob reviżjoni ta' deċiżjoni nazzjonali dwar il-pensjoni tiegħek, meta taħseb li drittijietek setgħu ntlaqtu ħażin bid-deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar.

Il-limitu ta' żmien biex titlob reviżjoni jibda mid-data meta tirċievi n-nota ta' sinteżi (dokument P1). Il-limitu ta' żmien attwali jiddependi mil-liġi nazzjonali ta' kull pajjiż.

Se ġġorr barra minn Malta

Xi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi jipprovdu għal koordinazzjoni limitata fil-qasam tas-sigurtà soċjali. F'każijiet oħra, jeżistu ftehimiet bilaterali bejn pajjiż tal-UE u pajjiż mhux membru tal-UE. Biex tkun taf dwar drittijietek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti f'pajjiżek. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

L-ammont tal-pensjoni tiegħek jiġi kkalkolat skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn ħdimt bl-istess mod eżatt kif tiġi kkalkolata għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Ma jimpurtax fejn tgħix - meta tilħaq l-età tal-pensjoni xorta titħallas.

Għandek titlob il-pensjoni fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar jekk qatt ma ħdimt fil-pajjiż fejn tgħix. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Il-kura tas-saħħa tiegħek

Bħala pensjonant, int u familtek inthom intitolati għal kura medika fil-pajjiż fejn tgħixu, skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

L-ispiża tal-kura medika dejjem titħallas mill-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. >> Sib aktar informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-mard

 

 

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna