Id-dritt li tfittex ix-xogħol
Kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt:
- ifittex xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE
- jirċievi l-istess għajnuna mill-uffiċċji nazzjonali tal-impjiegi daqs iċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż
- jibqa' f'dak il-pajjiż għal biżżejjed żmien biex ifittex xogħol, japplika għal xogħol u jiġi impjegat.
Dawk li jfittxu x-xogħol ma jistgħux jiġu espulsi jekk juru li verament qed ifittxu impjieg u għandhom ċans li jsibu impjieg.
EURES — Is-Servizzi Ewropej għall-Impjieg
Jekk trid tfittiex xogħol f'pajjiż ieħor, se ssib informazzjoni utli dwar opportunitajiet ta' impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fiż-Żona Ekonomika Ewropa (l-UE kif ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) fuq is-sit tal-EURES - Is-servizzi Ewropej għall-Impjieg.